11 “Għalhekk, intom ersaqtu qrib u qgħadtu f’riġlejn il-muntanja, u l-muntanja kienet qed taqbad bin-nar sa nofs is-sema; kien hemm dlam, sħab, u dalma ħoxna.+
6 U rajt anġlu ieħor itir f’nofs is-sema,+ u kellu aħbar tajba+ taʼ dejjem biex ixandarha bħala bxara taʼ ferħ lil dawk li jgħammru fuq l-art, u lil kull ġens u tribù u lsien u poplu,+
17 U rajt ukoll anġlu wieqaf fix-xemx, u għajjat b’leħen għoli u qal lill-għasafar+ kollha li jtiru f’nofs is-sema: “Ejjew ’l hawn, inġabru għall-ikla l-kbira taʼ fil-għaxija t’Alla,