13 Ressaqt is-sewwa tiegħi qrib.+ M’huwiex ’il bogħod,+ u s-salvazzjoni tiegħi m’hijiex ġejja tard.+ U se nagħti s-salvazzjoni lil Sijon, sbuħiti lil Israel.”+
25 ‘“Għax jien, Ġeħova, se nitkellem, u l-kelma li ngħid se sseħħ.+ Mhux se jkun hemm iktar dewmien,+ għax fi żmienkom,+ O dar ribelluża, se ngħid kelma u nagħmilha,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.’”
3 Għax il-viżjoni qed tistenna ż-żmien stabbilit tagħha,+ u tibqaʼ tilheġ lejn it-tmiem, u mhix se tigdeb. Saħansitra jekk iddum, int ibqaʼ stennieha; għax se sseħħ żgur.+ Mhix se tkun tard.