7 Babilonja kienet kies tad-deheb f’id Ġeħova,+ u hi ġiegħlet lill-art kollha tisker.+ Il-ġnus xorbu mill-inbid tagħha,+ u għalhekk jaġixxu taʼ mġienen.+
8 Imbagħad ġie anġlu ieħor, it-tieni wieħed, u qal: “Waqgħet! Waqgħet+ Babilonja+ l-Kbira, dik li ġiegħlet lill-ġnus kollha jixorbu mill-inbid+ tar-rabja, l-inbid taż-żína tagħha!”+
3 Għax minħabba l-inbid tar-rabja, l-inbid taż-żína tagħha, il-ġnus kollha sfaw vittmi,+ u s-slaten taʼ l-art żnew+ magħha u l-merkanti taʼ l-art li jivvjaġġaw+ stagħnew minħabba l-qawwa tal-lussu li għexet fih bla mistħija.”+