Dewteronomju
3 “Imbagħad dorna u tlajna mit-triq li tagħti għall-Basan. U Għog,+ is-sultan tal-Basan, ħareġ, hu u l-poplu kollu tiegħu, biex jitqabad magħna f’Edrej.+ 2 Għalhekk, Ġeħova qalli, ‘Tibżax minnu,+ għax żgur li se nagħtihulek f’idejk, lilu u lill-poplu kollu tiegħu u lil artu; u int agħmillu sewwasew bħalma għamilt lil Siħon,+ is-sultan taʼ l-Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon.’ 3 Għaldaqstant, Ġeħova Alla tagħna tana wkoll f’idejna lil Għog, is-sultan tal-Basan, u lill-poplu kollu tiegħu, u drabnieh sakemm ma kien baqagħlu lanqas bniedem wieħed ħaj.+ 4 U dik il-ħabta ħadna taħt idejna l-bliet kollha tiegħu. Ma kienx hemm belt li ma ħadnilhomx, sittin belt,+ ir-reġjun kollu taʼ l-Argob,+ is-saltna t’Għog fil-Basan.+ 5 Dawn kollha kienu bliet fortifikati b’sur għoli, bwieb u staneg, minbarra ħafna u ħafna bliet żgħar. 6 Madankollu, qridniehom,*+ sewwasew bħalma konna għamilna lil Siħon, is-sultan taʼ Ħesbon, meta qridna lil kull belt, irġiel, nisa, u tfal ċkejknin.+ 7 U l-annimali domestiċi kollha u l-priża tal-bliet ħadniehom għalina.+
8 “U dik il-ħabta ħadna l-art minn id iż-żewġ slaten taʼ l-Amurrin+ li kienu fir-reġjun tal-Ġordan, mill-wied taʼ l-Arnon+ sal-Muntanja Ħermon;+ 9 (lil Ħermon is-Sidonin kienu jsejħulha Sirjon,+ u l-Amurrin kienu jsejħulha Senir,)+ 10 il-bliet kollha tal-pjanura fl-għoli u Gilegħad kollu u l-Basan kollu sa Saleka+ u Edrej,+ il-bliet tas-saltna t’Għog fil-Basan. 11 Għax Għog biss, is-sultan tal-Basan, baqaʼ mill-bqija tar-Refajin.+ Ara! Il-katalett tiegħu kien katalett tal-ħadid. Mhux f’Rabba+ taʼ wlied Għammon qiegħed? Disaʼ kubiti t-tul tiegħu, u erbaʼ kubiti l-wisaʼ tiegħu, skond il-kubitu taʼ raġel. 12 U dik il-ħabta ħadna f’idejna din l-art; minn Għarogħer,+ li qiegħda biswit il-wied taʼ l-Arnon, u nofs ir-reġjun muntanjuż taʼ Gilegħad, u l-bliet tagħha tajthom lir-Rubenin u lill-Gadin.+ 13 U l-bqija taʼ Gilegħad+ u l-Basan kollu+ tas-saltna t’Għog tajthom lil nofs it-tribù taʼ Manasse. Ir-reġjun kollu taʼ l-Argob+ tal-Basan kollu, ma jissejjaħx art ir-Refajin?+
14 “Ġajir,+ bin Manasse, ħa r-reġjun kollu taʼ l-Argob+ sal-fruntiera tal-Gesurin+ u l-Magħkatin,+ u dawk l-irħula kollha tal-Basan sejħilhom b’ismu stess, Ħawwot-ġajir,*+ sa dan il-jum. 15 U lil Makir+ tajtu Gilegħad.+ 16 U lir-Rubenin+ u lill-Gadin tajthom minn Gilegħad+ sal-wied taʼ l-Arnon, u n-nofs tal-wied ikun bħala fruntiera, u sal-Ġabbok, il-wied li hu l-fruntiera taʼ wlied Għammon;+ 17 u l-Għaraba u l-Ġordan u l-fruntiera, minn Kinneret+ sal-baħar taʼ l-Għaraba, il-Baħar il-Mielaħ,+ li jinsab f’tarf it-tlajjaʼ tal-Pisga+ lejn tlugħ ix-xemx.
18 “Għalhekk, dik il-ħabta, ikkmandajtkom u għedtilkom, ‘Ġeħova Alla tagħkom takom din l-art biex tiħduha f’idejkom. Intom taqsmu armati għall-gwerra qabel ħutkom, ulied Israel, l-irġiel qalbenin kollha.+ 19 Huma biss in-nisa tagħkom u ċ-ċkejknin tagħkom u l-bhejjem tagħkom (naf tajjeb li intom għandkom għadd kbir taʼ bhejjem) li se jibqgħu jgħammru fil-bliet tagħkom li tajtkom,+ 20 sakemm Ġeħova jagħti mistrieħ lil ħutkom, kif ukoll lilkom, u huma wkoll ikunu ħadu f’idejhom l-art li Ġeħova Alla tagħkom qed jagħtihom in-naħa l-oħra tal-Ġordan; wara tridu tiġu lura, kull wieħed lejn il-proprjetà tiegħu, li tajtkom jien.’+
21 “U dik il-ħabta kkmandajt lil Ġożwè+ u għedtlu, ‘Għajnejk qed jaraw dak kollu li Ġeħova Alla tagħkom għamel lil dawn iż-żewġ slaten. L-istess se jagħmel Ġeħova lis-saltniet kollha li se tgħaddi minnhom hemmhekk.+ 22 Tibżgħux minnhom, għax hu Ġeħova Alla tagħkom li qed jiġġieled għalikom.’+
23 “U f’dak iż-żmien partikulari tlabt bil-ħniena lil Ġeħova u għedtlu, 24 ‘O Mulej Sovran Ġeħova, int innifsek bdejt iġġiegħel lill-qaddej tiegħek jara l-kobor tiegħek+ u d-driegħ b’saħħtu tiegħek,+ għax liema alla hemm fis-smewwiet jew fuq l-art li jagħmel atti bħal tiegħek u għemejjel setgħanin bħal tiegħek?+ 25 Ħallini naqsam, jekk jogħġbok, biex nara l-art tajba+ li qiegħda n-naħa l-oħra tal-Ġordan, dan ir-reġjun muntanjuż sabiħ,+ u l-Libanu.’+ 26 U Ġeħova baqaʼ mgħaddab għalija minħabba fikom+ u ma tanix widen; imma Ġeħova qalli, ‘Biżżejjed! Tkellimni qatt iktar dwar din il-kwistjoni. 27 Itlaʼ fuq il-quċċata tal-Pisga+ u erfaʼ għajnejk lejn il-punent u t-tramuntana u n-nofsinhar u l-lvant u ara b’għajnejk, għax m’intix se taqsam dan il-Ġordan.+ 28 U inkariga+ lil Ġożwè u inkuraġġih u saħħu, għaliex hu dak li se jaqsam+ quddiem dan il-poplu u dak li se jġegħelhom jirtu l-art li se tara int.’+ 29 Sadanittant konna qed ngħammru fil-wied quddiem Bet-pegħor.+