Ġenesi
8 Wara dan, Alla ftakar+ f’Noè u f’kull bhima salvaġġa u f’kull annimal domestiku li kien miegħu fl-arka,+ u Alla ġiegħel riħ jgħaddi minn fuq l-art, u l-ilmijiet bdew jonqsu.+ 2 U l-għejun taʼ l-ilma fond*+ u bwieb l-għargħar+ tas-smewwiet ngħalqu, u għalhekk waqfet ix-xita bil-qliel mis-smewwiet. 3 U l-ilmijiet bdew jonqsu minn fuq l-art, jonqsu iktar u iktar; u meta għaddew mija u ħamsin jum l-ilmijiet naqsu sew.+ 4 U fis-sebaʼ xahar, fis-sbatax tax-xahar, l-arka+ straħet fuq il-muntanji t’Ararat.+ 5 U l-ilmijiet komplew jonqsu iktar u iktar sa l-għaxar xahar. Fl-għaxar xahar, fl-ewwel tax-xahar, dehru l-qċaċet tal-muntanji.+
6 U ġara, wara erbgħin jum, li Noè fetaħ it-tieqa+ taʼ l-arka li kien għamel. 7 Imbagħad bagħat ċawlun,+ u dan baqaʼ jittajjar barra, ġej u sejjer, sakemm nixfu l-ilmijiet minn fuq l-art.
8 Iktar tard bagħat ħamiema+ biex jara jekk l-ilmijiet kinux battew minn fuq wiċċ l-art. 9 U l-ħamiema ma sabitx post fejn isserraħ qiegħ saqajha, u għalhekk reġgħet lura għandu fl-arka għaliex kien għad hemm l-ilmijiet fuq wiċċ l-art kollha.+ U ħareġ idu u qabadha u daħħalha għandu fl-arka. 10 U baqaʼ jistenna jerġaʼ sebat ijiem oħra, u għal darb’oħra bagħat il-ħamiema mill-arka. 11 Iktar tard il-ħamiema ġiet għandu għall-ħin taʼ fil-għaxija, u, ara, f’munqarha kellha werqa taż-żebbuġ+ li kienet għadha kif inqatgħet, u b’hekk Noè sar jaf li l-ilmijiet kienu battew minn fuq l-art.+ 12 U baqaʼ jistenna jerġaʼ sebat ijiem oħra, u bagħat il-ħamiema, imma din ma reġgħetx lura iżjed għandu.+
13 U ġara, fis-sena sitt mija u wieħed,+ fl-ewwel xahar, fl-ewwel jum tax-xahar, li l-ilmijiet kienu xxottaw minn fuq l-art; u Noè neħħa l-għatu taʼ l-arka u ħares u ra li wiċċ l-art kien nixef.+ 14 U fit-tieni xahar, fis-sebgħa u għoxrin tax-xahar, l-art kienet nixfet sew.+
15 Alla issa kellem lil Noè u qallu: 16 “Oħroġ mill-arka, int u martek, uliedek u n-nisa taʼ wliedek miegħek.+ 17 Kull ħliqa ħajja li hemm miegħek minn kull xorta taʼ laħam,+ jiġifieri, il-ħlejjaq li jtiru,+ il-bhejjem,+ u l-annimali kollha li jitkaxkru u li jitħarrku fuq l-art,+ oħroġhom miegħek, għax l-art trid tkun miżgħuda bihom u jnisslu u joktru fuq l-art.”+
18 U Noè ħareġ, u miegħu ħarġu wkoll uliedu,+ martu, u n-nisa taʼ wliedu. 19 Mill-arka ħarġu wkoll il-ħlejjaq ħajjin kollha, l-annimali kollha li jitkaxkru, il-ħlejjaq kollha li jtiru, u kulma jitħarrek fuq l-art, skond il-familji tagħhom.+ 20 U Noè bena artal+ lil Ġeħova u ħa ftit mill-bhejjem nodfa+ kollha u mill-ħlejjaq nodfa kollha li jtiru+ u offra offerti tal-ħruq fuq l-artal.+ 21 U Ġeħova beda jxomm riħa pjaċevoli,*+ u għalhekk Ġeħova qal f’qalbu:+ “Qatt iktar ma nerġaʼ nisħet l-art+ minħabba l-bniedem, għax l-inklinazzjoni+ taʼ qalb il-bniedem hi ħażina sa minn żgħożitu;+ u qatt iktar ma nerġaʼ nolqot lil kull ħaġa ħajja bħalma għamilt.+ 22 Għax kemm iddum l-art, żrigħ iż-żerriegħa u ħsad, bard u sħana, sajf u xitwa, nhar u lejl, ma jieqfu qatt.”+