Rut
2 Nagħomi kellha qarib+ min-naħa taʼ żewġha, raġel għani ħafna,+ mill-familja t’Elimelek, jismu Bogħaż.+
2 U Rut il-Mowabija qalet lil Nagħomi: “Jekk jogħġbok, ħallini mmur fir-rabaʼ llaqqat+ qalb is-sbul wara min juri ħniena miegħi.” Għalhekk, wiġbitha: “Mur, binti.” 3 Imbagħad telqet u daħlet fir-rabaʼ u bdiet tlaqqat wara l-ħassada.+ B’hekk, b’kumbinazzjoni sabet ruħha fil-medda rabaʼ taʼ Bogħaż,+ li kien mill-familja t’Elimelek.+ 4 U, ara, Bogħaż ġie minn Betlehem u beda jgħid lill-ħassada: “Ġeħova magħkom.”+ U huma kienu jwiġbuh: “Ġeħova jbierkek.”+
5 Wara dan, Bogħaż+ staqsa liż-żagħżugħ li kien fuq il-ħassada: “Taʼ min hi din iż-żagħżugħa?” 6 U hu wieġbu: “Hi Mowabija+ li ġiet lura maʼ Nagħomi mit-territorju taʼ Mowab.+ 7 U qaltli, ‘Jekk jogħġbok, ħallini llaqqat,+ u niġbor qalb is-sbul maqtugħ wara l-ħassada.’ Għalhekk, daħlet u baqgħet fuq saqajha minn x’ħin ġiet fil-għodu sakemm qagħdet naqra bil-qiegħda issa fl-għarix.”+
8 Iktar tard Bogħaż qal lil Rut: “Smajt, hux, binti? Tmurx tlaqqat f’għalqa oħra,+ u lanqas m’għandek tmur xi mkien ieħor, u b’hekk tkun tistaʼ tibqaʼ qrib il-ħassada nisa żgħażagħ+ tiegħi. 9 Żomm għajnejk fuq l-għalqa li jkunu se jaħsdu, u mur magħhom. Mhux jien stess ordnajt lill-irġiel żgħażagħ biex ma jmissukx?+ Meta jaqbdek l-għatx, mur ħdejn il-ġarar u ixrob milli jimlew l-irġiel żgħażagħ.”+
10 X’ħin semgħet dan, baxxiet rasha u niżlet maʼ l-art+ u qaltlu: “Kif sibt il-ħniena f’għajnejk biex qed tagħti kasi, meta jien barranija?”+ 11 Imbagħad Bogħaż wiġibha: “Kollox qaluli,+ b’kulma għamilt mal-kunjata tiegħek wara li miet żewġek,+ u kif tlaqt lil missierek u lil ommok u l-art taʼ qrabatek biex tmur għand poplu li ma kontx tafu qabel.+ 12 Jalla Ġeħova jippremjak taʼ dak li tagħmel,+ u jalla tirċievi ħlas perfett+ mingħand Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, li taħt ġwinħajh ġejt tfittex il-kenn.”+ 13 Hi wieġbet: “Sidi, ħallini nsib il-ħniena f’għajnejk, għaliex int kont taʼ faraġ għalija u għax bi kliemek serraħt moħħ il-qaddejja tiegħek,+ għalkemm jien m’iniex bħal waħda mill-qaddejja tiegħek.”+
14 U f’ħin l-ikel Bogħaż qalilha: “Ersaq ’l hawn, u kul biċċa ħobż+ u bill il-ftiet fil-ħall.” Għalhekk, qagħdet bil-qiegħda ħdejn il-ħassada, u beda jnewlilha qmuħ inkaljati+ u bdiet tikolhom, u mhux talli xebgħet imma talli kien baqgħalha ż-żejjed. 15 Imbagħad qamet u marret tlaqqat.+ Bogħaż issa ordna lill-irġiel żgħażagħ u qalilhom: “Ħalluha tlaqqat qalb is-sbul maqtugħ, u tagħtuhiex fastidju.+ 16 U qisu li tieħdu ħsieb ukoll li taqilgħu xi sbul mill-qatet għaliha, u ħalluhomlha biex tkun tistaʼ tlaqqathom,+ u qisu li ma ċċanfruhiex.”
17 Hi kompliet tlaqqat fl-għalqa sa fil-għaxija,+ u wara dirset+ dak li kienet laqqtet; b’kollox kellha madwar efa+ xgħir. 18 Wara li ġabritu daħlet il-belt, u l-kunjata tagħha rat x’kienet laqqtet. Imbagħad ħarġet l-ikel li refgħet+ wara li kienet xebgħet u tathulha.
19 Għalhekk, il-kunjata qaltilha: “Fejn laqqatt illum, u fejn ħdimt? Ikun imbierek min ta kasek.”+ B’hekk, hi qalet lill-kunjata maʼ min kienet ħadmet; u ssoktat tgħidilha: “Ir-raġel li ħdimt miegħu llum jismu Bogħaż.” 20 Għal dan il-kliem, Nagħomi qalet lil mart binha: “Ħa jkun imbierek minn Ġeħova,+ li ma warrabx il-qalb tajba bl-imħabba+ tiegħu mill-ħajjin u mill-mejtin.”+ U Nagħomi ssoktat tgħidilha: “Dan ir-raġel jiġi minna.+ Hu wieħed minn dawk li għandhom id-dritt jifduna.”+ 21 Imbagħad Rut il-Mowabija qalet: “Qalli wkoll, ‘Għandek tibqaʼ qrib iż-żgħażagħ tiegħi sakemm ilestu l-ħsad kollu li għandi.’”+ 22 Għalhekk, Nagħomi+ qalet lil Rut, il-mara taʼ binha:+ “Binti, aħjar tmur man-nisa żgħażagħ tiegħu, li ma tmurx f’għalqa oħra u joqogħdu jdejquk.”+
23 U Rut baqgħet tlaqqat qrib in-nisa żgħażagħ taʼ Bogħaż sakemm spiċċaw il-ħsad tax-xgħir+ u l-ħsad tal-qamħ. U baqgħet toqgħod mal-kunjata.+