Salmi
Taʼ David.
28 Lilek, O Ġeħova, insejjaħ il-ħin kollu.+
O Blata tiegħi, tkunx trux għalija,+
Biex ma tibqax sieket miegħi+
U jien ma jkollix għalfejn insir bħal dawk li neżlin fil-ħofra.+
2 Ismaʼ leħni meta b’talb bil-ħrara ngħajjatlek għall-għajnuna,
Meta ngħolli idejja+ lejn l-iktar kamra ġewwinija tal-post qaddis tiegħek.+
3 Tkaxkarnix man-nies mill-agħar u maʼ dawk li jipprattikaw il-ħsara,+
Dawk li qed jitkellmu bil-paċi maʼ sħabhom+ imma li f’qalbhom hemm il-ħażen.+
U skond il-ħżunija taʼ dak li jipprattikaw.+
Skond għemil idejhom agħtihom.+
Roddilhom lura dak li jagħmlu huma stess.+
5 Għax ma jagħtux kas l-attivitajiet taʼ Ġeħova,+
Lanqas xogħol idejh.+
Hu jġarrafhom u ma jibnihomx.
6 Ikun imbierek Ġeħova, għax hu semaʼ leħni meta tlabt bil-ħrara.+
7 Ġeħova hu s-saħħa+ u t-tarka tiegħi.+
Fih fdat qalbi.+
Qalbi tifraħ+ bl-għajnuna li ksibt,
U bl-għanja tiegħi se nfaħħru.+