1 Kronaki
22 Imbagħad David qal: “Din hi d-dar+ taʼ Ġeħova, l-Alla l-veru, u dan hu l-artal+ għall-offerta tal-ħruq għal Israel.”
2 David issa qalilhom biex jiġbru flimkien lir-residenti barranin+ li kienu fl-art taʼ Israel, u mbagħad qabbadhom bħala naġġara+ biex jonġru ġebel kwadru+ għall-bini tad-dar taʼ l-Alla l-veru. 3 U David ħejja kwantità kbira taʼ ħadid għall-imsiemer għal kull waħda mill-bibien u għall-irbit, u wkoll ram aħmar fi kwantità tant kbira li ma setax jintiżen,+ 4 kif ukoll injam taċ-ċedru+ bla għadd; għax lil David, is-Sidonin+ u t-Tirin+ ġabulu kwantità kbira taʼ injam taċ-ċedru. 5 Għaldaqstant, David qal: “Ibni Salamun hu żagħżugħ u bla esperjenza,+ u d-dar li trid tinbena lil Ġeħova għandha tkun grandjuża b’mod straordinarju+ u magħrufa għall-ġmiel+ mal-pajjiżi kollha. Mela, ħa nħejji kollox għalih.” Għalhekk, David ħejja kollox bi kwantitajiet kbar qabel mewtu.+
6 Barra minn hekk, hu sejjaħ lil ibnu Salamun biex jordnalu jibni dar lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel. 7 U David issokta jgħid lil ibnu Salamun: “Jien stess xtaqt minn qalbi+ li nibni dar għal isem+ Ġeħova Alla tiegħi. 8 Imma l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, u qalli, ‘Int xerridt kwantità kbira taʼ demm,+ u ġġilidt gwerer kbar.+ Mhux int li tibni dar għal ismi,+ għax xerridt ammont kbir taʼ demm fuq l-art quddiemi. 9 Ara! Se jitwilidlek iben.+ Hu jkun bniedem taʼ serħan, u jien żgur li nserrħu mill-għedewwa kollha tiegħu dawramejt;+ għax ismu jkun Salamun,+ u sliem+ u kwiet nagħti lil Israel fi żmienu. 10 Ikun hu li jibni dar għal ismi,+ u hu stess ikun iben+ għalija, u jien missier+ għalih. U nistabbilixxi fis-sod it-tron taʼ saltnatu+ fuq Israel għal żmien indefinit.’
11 “Issa, ibni, jalla Ġeħova jkun miegħek, u int trid tirnexxi u tibni d-dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek, sewwasew bħalma qal dwarek.+ 12 Biss, jalla Ġeħova jagħtik l-għaqal u l-abbiltà li tifhem,+ u jalla jagħtik kmandament rigward Israel biex tħares il-liġi taʼ Ġeħova Alla tiegħek.+ 13 F’dak il-każ int tirnexxi+ jekk toqgħod attent li twettaq ir-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li Ġeħova kkmanda+ lil Mosè rigward Israel. Kun kuraġġuż u b’saħħtek.+ Tibżax+ u titwerwirx.+ 14 U, ara, matul is-sofferenza tiegħi+ jien ħejjejt għad-dar taʼ Ġeħova mitt elf talent deheb+ u miljun talent fidda, u r-ram aħmar+ u l-ħadid+ m’hemm ebda mezz kif jintiżnu, peress li tant hemm kwantità kbira minnhom; u jien ħejjejt l-injam u l-ġebel, imma int trid iżżid magħhom. 15 U għandek ukoll għadd kbir taʼ dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol, naġġara u ħaddiema fil-ġebel+ u fl-injam u nies tas-sengħa f’kull tip taʼ xogħol.+ 16 Id-deheb, il-fidda, ir-ram aħmar, u l-ħadid m’hemm ebda mezz kif jingħaddu.+ Qum u aġixxi,+ u jalla Ġeħova jkun miegħek.”+
17 U David issokta jordna lill-prinċpijiet kollha taʼ Israel biex jgħinu lil ibnu Salamun: 18 “M’huwiex magħkom+ Ġeħova Alla tagħkom, u ma takomx hu l-mistrieħ minn kullimkien?+ Għax hu tani f’idejja l-abitanti tal-pajjiż, u l-pajjiż ġie mrażżan quddiem Ġeħova+ u quddiem il-poplu tiegħu. 19 Issa, ixħtu qalbkom u ruħkom+ biex tfittxu lil Ġeħova Alla tagħkom,+ u qumu u ibnu s-santwarju+ taʼ Ġeħova, l-Alla l-veru,+ biex iġġibu l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova u l-għodod imqaddsin taʼ l-Alla l-veru lejn id-dar mibnija għal isem+ Ġeħova.”