Salmi Melodija taʼ David. 23 Ġeħova r-Ragħaj tiegħi.+Ma se jonqosni xejn.+ 2 F’mergħat iħaddru jmiddni;+Ħdejn postijiet taʼ mistrieħ imsoqqijin tajjeb jiħodni.+ 3 Lil ruħi jserraħha.+Imexxini fil-mogħdijiet tas-sewwa minħabba ismu.+ 4 Għalkemm nimxi fil-wied taʼ dlam ċappa,+Ma nibżaʼ mill-ebda deni,+Għax int miegħi;+Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek ifarrġuni.+ 5 Int tifrixli mejda quddiem l-għedewwa tiegħi.+Biż-żejt dliktli rasi;+Il-kies tiegħi mimli sew.+ 6 Żgur li t-tjubija u l-qalb tajba bl-imħabba se jiġru warajja l-jiem kollha taʼ ħajti;+U jien se ngħammar fid-dar taʼ Ġeħova għomri kollu.+