91 Kulmin jgħammar fil-post sigriet+ taʼ l-Iktar Għoli+
Se jikseb post fejn joqgħod għad-dell taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.+
2 Jien se ngħid lil Ġeħova: “Int il-kenn u l-fortizza tiegħi,+
Alla tiegħi li fih se nafda.”+
3 Għax hu jeħilsek min-nasba tan-nassâb,+
Mill-pesta li tikkaġuna l-għawġ.+
4 B’tarf ġwinħajh ma jħalli lil ħadd jersaq lejk,+
U taħt ġwinħajh issib il-kenn.+
Il-fedeltà+ tiegħu tkun tarka kbira+ u sur.
5 M’intix se tkun beżgħan minn xi ħaġa tal-biżaʼ bil-lejl,+
Lanqas mill-vleġġa+ li ttir matul il-jum,
6 Mill-pesta li timxi fid-dlam,+
U mill-qerda li ġġib ħerba f’nofsinhar.+
7 Elf se jaqgħu maġenbek
U għaxart elef fuq lemintek;
Iżda xejn minn dan ma jersaq lejk.+
8 B’għajnejk biss se tħares+
U tara kif se jitħallsu l-ħżiena.+
9 Għax int għedt: “Ġeħova hu l-kenn tiegħi,”+
U għamilt lill-Iktar Għoli l-post fejn tgħammar;+
10 L-ebda gwaj ma jiġi fuqek,+
U lanqas il-mard ma jersaq qrib it-tinda tiegħek.+
11 Għax hu jagħti kmand dwarek lill-anġli tiegħu,+
Biex jgħassuk fi triqatek kollha.+
12 Fuq idejhom iġorruk,+
Biex ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.+
13 Fuq l-iljun u l-kobra int tirfes;+
Se tgħaffeġ taħt saqajk l-iljun b’saħħtu u s-serp kbir.+
14 “Talli wrieni l-affezzjoni tiegħu,+
Jien neħilsu.+
Nipproteġih għax sar jaf ismi.+
15 Hu jsejjaħli, u jien inwieġbu.+
Inkun miegħu fl-inkwiet.+
Insalvah u nigglorifikah.+
16 B’għomor twil nissodisfah,+
U nurih is-salvazzjoni tiegħi.”+