Salmi
Lid-direttur. Fuq l-istrumenti tal-korda.+ Melodija taʼ David.
4 Meta nsejjaħ wiġibni, O Alla ġust tiegħi.+
Fi żmien id-dwejjaq, oħroġni fil-wisaʼ.
Ħenn għalija+ u ismaʼ t-talba tiegħi.
2 O wlied il-bnedmin, kemm se ddumu tinsultaw il-glorja tiegħi,+
Waqt li tibqgħu tħobbu l-frugħat,
Waqt li tibqgħu tipprovaw issibu gidba? Sela.
3 Kunu afu li Ġeħova jittrattah b’mod speċjali lil dak li hu leali lejh;+
Ġeħova jismaʼ meta nsejjaħlu.+
4 Jekk tibdew tħossukom aġitati, tidinbux.+
Tkellmu f’qalbkom, fis-sodda tagħkom,+ u ibqgħu siekta. Sela.