Salmi
Melodija, għanja, għal jum is-Sabat.*
92 Tajjeb li rroddu ħajr lil Ġeħova+
U li ngħannu lil ismek, O l-Iktar Għoli;+
2 Li ngħidu fil-għodu dwar il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek+
U dwar il-fedeltà tiegħek matul il-lejl,+
3 Fuq strument b’għaxar kordi u l-iljut,*+
B’mużika tidwi bl-arpa.+
4 Għax int ferraħtni, O Ġeħova, bl-attività tiegħek;
Minħabba xogħol idejk jien ngħajjat bil-ferħ.+
7 Meta n-nies mill-agħar jinbtu bħall-ħaxix+
U dawk kollha li jipprattikaw il-ħsara jiffjorixxu,
Dan ikun biex jinqerdu għal dejjem.+
8 Imma int fl-għoli għal dejjem, O Ġeħova.+
9 Għax, ara, l-għedewwa tiegħek, O Ġeħova,+
Għax, ara, l-għedewwa tiegħek se jgħibu;+
Dawk kollha li jipprattikaw il-ħsara se jinfirdu minn xulxin.+