Ġona
4 Iżda dan xejn m’għoġbu lil Ġona,+ tant li għadab għall-aħħar. 2 Għaldaqstant talab lil Ġeħova u qal: “O Ġeħova, mhux għalhekk inkwetajt jien meta kont f’arti? Kien għalhekk li għall-ewwel ħrabt lejn Tarsis;+ għax kont naf li int Alla grazzjuż u ħanin,+ bil-mod biex tirrabja u għani fil-qalb tajba bl-imħabba,+ u li jiddispjaċik mill-gwaj.+ 3 U issa, O Ġeħova, jekk jogħġbok, ħudli ruħi,+ għax aħjar immut milli ngħix.”+
4 Iżda Ġeħova qallu: “Għandek għalfejn tagħdab daqshekk?”+
5 Imbagħad Ġona ħareġ mill-belt u qagħad bil-qiegħda lejn il-lvant tal-belt; u hemmhekk għamel għarix għalih biex ipoġġi taħtu għad-dell+ sakemm jara x’kien se jiġri mill-belt.+ 6 Għaldaqstant, Alla Ġeħova għamel li titlaʼ siġra tal-qargħa bomblija għal fuq Ġona, ħalli tagħmillu d-dell fuq rasu u teħilsu mill-istat miżerabbli tiegħu.+ U Ġona feraħ ferm bis-siġra.
7 Imma meta beda jżernaq l-għada, l-Alla l-veru bagħat dudu+ biex jolqot lis-siġra; u din nixfet.+ 8 U ġara li, malli x-xemx bdiet tiddi, Alla bagħat ukoll riħ jaħraq mil-lvant,+ u x-xemx baqgħet tisreġ fuq ras Ġona, tant li beda jħossu ħażin;+ u baqaʼ jitlob li ruħu tmut, u kemm-il darba qal: “Aħjar immut milli ngħix.”+
9 U Alla qal lil Ġona: “Għandek għalfejn tagħdab daqshekk minħabba s-siġra?”+
Għal dan, hu qal: “Għandi għalfejn nagħdab daqshekk, tant li rrid immut.” 10 Imma Ġeħova qallu: “Int, min-naħa tiegħek, iddispjaċiek għas-siġra, li ma kontx int li tħabatt għaliha jew kabbartha u li nibtet u għabet f’lejl wieħed. 11 Allura jien, min-naħa tiegħi, m’għandux jiddispjaċini għal Ninwe l-belt il-kbira,+ li fiha hemm iktar minn mija u għoxrin elf bniedem li lanqas biss jafu d-differenza bejn idhom il-leminija u x-xellugija, minbarra li hemm ħafna annimali domestiċi?”+