2 Korintin
11 Nixtieqkom tittollerawni għax se nkun ftit bla raġuni.+ Iva, fil-fatt, qed tittollerawni! 2 Għax jien għajjur għalikom b’għira bħal dik t’Alla,+ għax jien stess wegħedtkom fiż-żwieġ+ lil għarus wieħed+ biex nippreżentakom bħala verġni safja+ lill-Kristu.+ 3 Imma nibżaʼ li b’xi mod, bħalma s-serp qarraq b’Eva+ bil-makakkerija tiegħu, moħħkom isir korrott+ u jitbiegħed mis-sinċerità u s-safa li jistħoqqlu l-Kristu.+ 4 Għax, fil-fatt, jekk jiġi xi ħadd jippriedka xi Ġesù ieħor minflok dak li ppridkajna aħna,+ jew tirċievu xi spirtu ieħor minflok dak li rċivejtu,+ jew xi aħbar tajba+ oħra minflok dik li aċċettajtu, intom faċilment tittollerawh.+ 5 Għax inqis li f’xejn ma wrejt li jien inferjuri+ għall-appostli raffinati żżejjed tagħkom.+ 6 Imma anki jekk m’iniex kapaċi nitkellem,+ żgur li kapaċi fl-għarfien;+ u dan urejnihulkom f’kollox u b’kull mod.+
7 Jew dnibt jien meta umiljajt ruħi+ biex intom titgħollew, għax xandartilkom bil-ferħ l-aħbar tajba t’Alla bla ħlas?+ 8 Sraqt lil kongregazzjonijiet oħrajn billi aċċettajt proviżjonijiet biex naqdi lilkom;+ 9 iżda meta kont preżenti magħkom u ġejt fil-bżonn, ma kont taʼ piż għal ħadd,+ għax l-aħwa li ġew mill-Maċedonja+ pprovdew bl-abbundanza dak li kien jonqosni. Iva, b’kull mod bqajt ma nkunx taʼ piż għalikom u hekk se nibqaʼ.+ 10 Bħalma l-verità+ taʼ Kristu qiegħda fija, dan il-ftaħir tiegħi+ fir-reġjuni taʼ l-Akaja mhux se jieqaf. 11 Dan għala? Għax ma nħobbkomx? Alla jaf li nħobbkom.+
12 Issa li qed nagħmel nibqaʼ nagħmlu,+ biex ma nagħtix il-wisaʼ għal xi skuża lil dawk li jridu skuża biex jitqiesu li huma daqsna fil-kariga li jiftaħru biha. 13 Għax dawn l-irġiel huma appostli foloz, ħaddiema qarriqin,+ li jinbidlu f’appostli taʼ Kristu.+ 14 U ma nistagħġibx, għax Satana nnifsu jibqaʼ jinbidel f’anġlu tad-dawl.+ 15 Għalhekk, mhix ħaġa kbira li l-ministri tiegħu+ wkoll jibqgħu jinbidlu f’ministri tal-ġustizzja. Imma tmiemhom ikun skond għemilhom.+
16 Nerġaʼ ngħid, Ħa ma jaħseb ebda bniedem li jien bla raġuni. Xorta waħda, jekk tassew taħsbu dan, aċċettawni anki jekk bħala bniedem bla raġuni, biex jien ukoll niftaħar xi ftit.+ 17 Dak li ngħid ma ngħidux fuq l-eżempju tal-Mulej, imma bħallikieku kont bniedem bla raġuni, b’din il-prużunzjoni li hi karatteristika tal-ftaħir.+ 18 Ladarba ħafna qed jiftaħru skond il-laħam,+ jien ukoll se niftaħar. 19 Għax intom tittolleraw bil-ferħ lil min hu bla raġuni, peress li intom raġunevoli. 20 Fil-fatt, intom tittolleraw lil kulmin ijassarkom,+ lil kulmin jiblaʼ dak li għandkom, lil kulmin jaħtaf dak li għandkom, lil kulmin jogħla fuqkom, lil kulmin jagħtikom bil-ħarta.+
21 Ngħid dan b’diżunur għalina, bħallikieku l-pożizzjoni tagħna kienet dgħajfa.
Imma f’dak li ħaddieħor jaġixxi bil-qlubija—m’iniex nitkellem b’mod raġunevoli+—jien ukoll qed naġixxi bil-qlubija. 22 Huma Ebrej? Jien ukoll.+ Huma Israelin? Jien ukoll. Huma nisel Abraham? Jien ukoll.+ 23 Huma ministri taʼ Kristu? Inwieġeb bħal wieħed miġnun, jien nispikka ferm iktar minnhom:+ fit-taħbit ħafna iktar,+ fil-ħabs ħafna iktar,+ fis-swat wisq iżjed, f’ħalq il-mewt taʼ spiss.+ 24 Mingħand il-Lhud ħames darbiet qlajt erbgħin daqqa+ neqsin waħda, 25 tliet darbiet ġejt imsawwat bil-bsaten,+ darba ġejt imħaġġar,+ tliet darbiet ġarrabt nawfraġju,+ ġurnata u lejl qattajt f’baħar fond; 26 fi vjaġġi spiss, f’perikli mix-xmajjar, f’perikli mill-ħallelin,+ f’perikli mir-razza tiegħi stess,+ f’perikli mill-ġnus,+ f’perikli fil-belt,+ f’perikli fix-xagħri, f’perikli fil-baħar, f’perikli fost aħwa foloz, 27 f’taħbit u tbatija, fi ljieli bla rqad spiss,+ bil-ġuħ u bil-għatx,+ f’sawm+ bosta drabi, f’kesħa u għera.
28 Minbarra dawn l-affarijiet esterni, hemm dak li nħabbat wiċċi miegħu minn jum għal jum, l-ansjetà għall-kongregazzjonijiet kollha.+ 29 Min hu dgħajjef,+ u ma nkunx dgħajjef jien ukoll? Min jiġi mfixkel, u jien ma nitbaqbaqx?
30 Jekk għandu jkun hemm il-ftaħir, niftaħar+ b’dak li għandu x’jaqsam mad-dgħjufija tiegħi. 31 Alla u Missier il-Mulej Ġesù, Dak li għandu jiġi mfaħħar għal dejjem, jaf li m’iniex nigdeb. 32 F’Damasku, il-gvernatur, taħt is-sultan Areta, kien qed jgħasses il-belt tad-Damaxxeni biex jaqbadni,+ 33 imma niżżluni f’qoffa+ minn tieqa fis-sur u ħrabt minn taħt idejh.