Taʼ David.
26 Iġġudikani,+ O Ġeħova, għax jien imxejt bl-integrità tiegħi,+
U f’Ġeħova fdajt, biex ma naqax.+
2 Eżaminani, O Ġeħova, u għaddini minn prova;+
Irfinali l-kliewi u lil qalbi.+
3 Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek qiegħda quddiem għajnejja,
U jien imxejt fil-verità tiegħek.+
4 Jien ma poġġejtx maʼ nies li ma jgħidux il-verità;+
U ma nimxix maʼ dawk li jaħbu x’inhuma.+
5 Jien bgħadt lill-ġemgħa tal-ħżiena,+
U ma npoġġix maʼ nies mill-agħar.+
6 Jien se naħsel idejja fl-innoċenza,+
U nimxi madwar artalek, O Ġeħova,+
7 Biex insemmaʼ r-radd il-ħajr b’leħen qawwi,+
U biex niddikjara l-għemejjel taʼ l-għaġeb kollha tiegħek.+
8 Ġeħova, jien ħabbejtha d-dar fejn tgħammar int+
U l-post fejn toqgħod il-glorja tiegħek.+
9 Tiħodlix ruħi flimkien mal-midinbin,+
Lanqas ħajti flimkien maʼ bnedmin ħatjin tad-demm,+
10 Li f’idejhom għandhom kondotta laxka,+
U li idhom il-leminija mimlija tixħim.+
11 Min-naħa tiegħi, jien se nimxi bl-integrità tiegħi.+
O ifdini+ u ħenn għalija.+
12 Sieqi se tieqaf fuq art wâtja;+
Fost il-qtajjaʼ miġburin jien se nbierek lil Ġeħova.+