Salmi
Taʼ David.
35 Ħu f’idejk il-kawża tiegħi, O Ġeħova, kontra l-avversarji tiegħi;+
Iggwerra kontra dawk li qed jagħmluli gwerra.+
2 Aqbad it-tarka ż-żgħira u l-kbira,+
U qum biex tgħinni.+
3 Oħroġ il-lanza u l-mannara* tal-gwerra biex tiġi għal dawk li qed jiġru warajja.+
Għidli: “Jien is-salvazzjoni tiegħek.”+
4 Jalla jistħu u jkunu umiljati dawk li qed jonsbu għal ruħi.+
Jalla jintbagħtu lura u jiġu avviliti dawk li qed ifasslu gwaj kontrija.+
8 Ħa tiġi fuqhom ir-rovina mingħajr ma jkunu jafu,+
U taqbadhom ix-xibka li ħbew huma stess;+
Ħa tiġi fuqhom ir-rovina u jaqgħu fiha.+
“O Ġeħova, min hemm bħalek,+
Li teħles lill-magħkus minn wieħed iktar b’saħħtu minnu,+
U teħles lill-magħkus u l-fqir minn dak li qed jisirqu?”+
13 Min-naħa tiegħi, meta mardu, ilbist ilbies taʼ l-ixkora,+
Bis-sawm għakkist lil ruħi,+
U talbi kien jerġaʼ lura fi ħdani.+
Jien imxejt bħal wieħed imnikket għal ommu.+
B’qalbi sewda, jien tbaxxejt maʼ l-art.
15 Imma meta bdejt inzappap ferħu u nġabru flimkien;+
Inġabru kontrija,+
Ħabtu għalija qabel intbaħt;+
Tertquni u ma qagħdux siekta.+
17 O Ġeħova, kemm se ddum tarah dan?+
Eħlisli ruħi mit-tħarbit tagħhom,+
L-unika waħda+ li għandi mill-iljuni b’saħħithom.
19 Jalla ma jifirħux minħabba fija dawk li huma l-għedewwa tiegħi mingħajr ebda raġuni;+
U dawk li jobogħduni għalxejn, ħa ma jegħmżux b’għajnejhom lil xulxin.+
20 Għax ma jitkellmux kliem taʼ paċi.+
Imma kontra l-kwieti taʼ l-art
Joqogħdu jfasslu affarijiet qarriqin.+
26 Ħa jistħu u jħossuhom avviliti lkoll flimkien+
Dawk li jifirħu bil-gwaj tiegħi.+
Ħa jilbsu l-mistħija+ u l-umiljazzjoni dawk li qed jitkabbru ħafna kontrija.+