Ġob
42 U Ġob wieġeb lil Ġeħova u qallu:
2 “Sirt naf li int għandek il-ħila tagħmel kollox,+
U m’hemm ebda idea li ma tistax twettaqha.+
3 Int għedt, ‘Min hu dan li qed joskura l-pariri mingħajr għarfien?’+
Għalhekk, jien tkellimt, imma ma kontx qed nifhem
Affarijiet taʼ l-għaġeb wisq għalija, li ma nafhomx.+
5 B’widnejja smajt dwarek,
Imma issa narak b’għajnejja.
7 U ġara li, wara li Ġeħova kien qal dan il-kliem lil Ġob, Ġeħova qal lil Elifaż it-Temani:
“Ir-rabja tiegħi xegħlet kontrik u kontra ż-żewġ sħabek,+ għax intom m’għedtux il-verità dwari,+ bħalma għamel il-qaddej tiegħi Ġob. 8 U issa ħudu sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten+ u morru għand il-qaddej tiegħi Ġob,+ u offru sagrifiċċju tal-ħruq għalikom; u Ġob il-qaddej tiegħi jitlob għalikom.+ Lilu biss naċċetta sabiex ma nagħmlilkomx kif ħaqqha l-bluha t’għajb tagħkom, għax intom m’għedtux il-verità dwari, bħalma għamel il-qaddej tiegħi Ġob.”+
9 Għaldaqstant, Elifaż it-Temani, Bildad is-Suħi, u Sofar in-Nagħmati, marru u għamlu sewwasew bħalma kien qalilhom Ġeħova; u għalhekk Ġeħova aċċetta t-talba taʼ Ġob.
10 U Ġeħova temm it-tribulazzjoni taʼ Ġob+ meta dan talab għal sħabu,+ u Ġeħova beda jagħti lil Ġob id-doppju taʼ kulma kellu qabel.+ 11 U bdew ġejjin għandu ħutu s-subien kollha u ħutu l-bniet kollha u dawk kollha li kienu jafuh qabel,+ u bdew jieklu l-ħobż miegħu+ f’daru u jissimpatizzaw miegħu u jfarrġuh minħabba l-gwaj kollu li Ġeħova kien ippermetta li jiġi fuqu; u tawh biċċa flus kull wieħed u ċurkett tad-deheb kull wieħed.
12 U wara, Ġeħova bierek+ it-tmiem taʼ Ġob iktar mill-bidu tiegħu,+ u b’hekk kellu erbatax-il elf nagħġa, sitt elef ġemel, elf par baqar, u elf ħmara. 13 Kellu wkoll sebaʼ subien u tlett ibniet.+ 14 U l-ewwel waħda semmieha Ġemima, lit-tieni waħda semmieha Kesigħa, u lit-tielet waħda semmieha Keren-ħappuk. 15 U fil-pajjiż kollu ma kienx hemm nisa sbieħ daqs il-bniet taʼ Ġob, u missierhom tahom wirt fost ħuthom is-subien.+
16 U wara dan, Ġob għex mija u erbgħin sena+ u ra lil uliedu u lil ulied uliedu+—erbaʼ ġenerazzjonijiet. 17 U Ġob miet, xiħ u mimli bl-għomor.+