2 Kronaki
25 Fl-età taʼ ħamsa u għoxrin sena Amażija+ sar sultan, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġeħogħaddan+ minn Ġerusalemm. 2 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova,+ biss mhux b’qalb sħiħa.+ 3 U ġara li, malli s-saltna ssaħħet taħt idejh, hu minnufih qatel+ lill-qaddejja tiegħu+ li kienu qatlu lis-sultan, missieru.+ 4 U lil uliedhom ma qatilhomx, imma għamel skond dak li hemm miktub fil-liġi, fil-ktieb taʼ Mosè,+ li Ġeħova kien ikkmanda meta qal: “Il-missirijiet m’għandhomx imutu għall-ulied,+ lanqas l-ulied m’għandhom imutu għall-missirijiet;+ imma kull wieħed għandu jmut għal dnubu stess.”+
5 U Amażija ġabar lin-nies taʼ Ġuda flimkien u qassamhom skond id-dar taʼ missirijiethom,+ bil-kapijiet taʼ l-eluf+ u bil-kapijiet tal-mijiet+ fuq in-nies kollha taʼ Ġuda u Benjamin; u rreġistrahom minn għoxrin+ sena ’l fuq, u fl-aħħar sab li kien hemm tliet mitt elf raġel mill-aqwa li ngħaqdu maʼ l-armata, bil-lanza+ u t-tarka l-kbira f’idejhom.+ 6 Barra minn hekk, ħallas mitt talent fidda biex iqabbad mitt elf raġel qalbieni u setgħan minn Israel. 7 U ġie għandu bniedem taʼ l-Alla l-veru+ u qallu: “O sultan, tħallix l-armata taʼ Israel tiġi miegħek, għax Ġeħova mhux qiegħed maʼ Israel,+ jiġifieri, l-ulied kollha t’Efrajm. 8 Imma ejja int, aġixxi, kun kuraġġuż għall-gwerra.+ L-Alla l-veru jistaʼ jġiegħlek titfixkel quddiem l-għadu; għax Alla għandu l-qawwa li jgħin+ u li jfixkel.”+ 9 Għal dan, Amażija+ qal lill-bniedem taʼ l-Alla l-veru: “Imma x’nistaʼ nagħmel dwar il-mitt talent li jien tajt lit-truppi taʼ Israel?”+ U l-bniedem taʼ l-Alla l-veru wieġbu: “Ġeħova għandu l-mezz li jagħtik bil-wisq iktar minn dan.”+ 10 Għaldaqstant, Amażija firidhom, jiġifieri, lit-truppi li kienu ġew għandu minn Efrajm, biex imorru lura lejn posthom. Madankollu, ir-rabja tagħhom xegħlet kontra Ġuda, u b’hekk marru lura lejn posthom b’saħna kbira fuqhom.+
11 U Amażija, min-naħa tiegħu, għamel il-kuraġġ u mexxa lin-nies tiegħu u mar f’Wied il-Melħ;+ u qatel għaxart elef+ minn ulied Segħir.+ 12 U kien hemm għaxart elef oħra li wlied Ġuda qabduhom ħajjin. Għalhekk, ħaduhom sal-quċċata taʼ l-irdum, u tefgħuhom għal isfel minn hemmhekk u lkoll kemm huma nfaqgħu min-nofs.+ 13 U l-membri taʼ l-eżerċtu li Amażija kien bagħat lura biex ma jmorrux miegħu għall-gwerra,+ bdew jattakkaw il-bliet taʼ Ġuda, mis-Samarija+ sa Bet-ħoron,+ u qatlu tlett elef ruħ u ħadu ħafna priża.
14 Imma ġara li, wara li Amażija ġie lura milli joqtol lill-Edomin, hu issa ġab l-allat+ taʼ wlied Segħir u għamilhom l-allat tiegħu,+ u beda jmil quddiemhom+ u beda joffrilhom id-duħħan tas-sagrifiċċji.+ 15 Għaldaqstant, ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Amażija, u għalhekk bagħatlu profeta u qallu: “Għala fittixt+ l-allat tan-nies+ li lanqas biss ħelsu lil nieshom stess minn idek?”+ 16 U ġara li, meta kellmu, is-sultan minnufih qallu: “Għamilniek aħna kunsillier tas-sultan?+ Jaqbillek tieqaf għall-ġid tiegħek stess.+ Għala għandhom joqtluk?” Għaldaqstant, il-profeta waqaf, imma qal: “Jien naf fiċ-ċert li Alla ddeċieda li jeqirdek,+ għaliex int għamilt dan+ u ma smajtx mill-parir tiegħi.”+
17 Imbagħad Amażija, is-sultan taʼ Ġuda, ħa parir u bagħat għal Ġeħogħas, bin Ġeħogħaħaż, bin Ġeħu, is-sultan taʼ Israel,+ u qallu: “Ejja! Ħa niltaqgħu wiċċ imbwiċċ.”+ 18 Għal dan, Ġeħogħas, is-sultan taʼ Israel, bagħat jgħid lil Amażija, is-sultan taʼ Ġuda:+ “Ix-xewka li kienet fil-Libanu bagħtet tgħid liċ-ċedru li kien fil-Libanu,+ ‘Agħti lil bintek biex tkun mart ibni.’+ Madankollu, bhima salvaġġa+ tar-rabaʼ li kienet fil-Libanu għaddiet minn hemmhekk u għaffġet ix-xewka. 19 Int għedt bejnek u bejn ruħek, Ara, int għelibt lil Edom.+ U qalbek+ ġegħlitek tintrefaʼ biex tkun glorifikat.+ Issa ibqaʼ għammar f’darek.+ Għala għandek tieħu sehem fil-ġlied meta qiegħed f’pożizzjoni ħażina+ u jkollok taqaʼ, int u Ġuda miegħek?”+
20 Imma Amażija ma tax widen; għax dan kien ġej mill-Alla l-veru+ bl-iskop li jagħtihom f’idu, għaliex kienu fittxew l-allat t’Edom.+ 21 Għalhekk, Ġeħogħas, is-sultan taʼ Israel, telaʼ,+ u ltaqgħu wiċċ imbwiċċ,+ hu u Amażija, is-sultan taʼ Ġuda, f’Bet-xemex,+ li hi taʼ Ġuda. 22 U Israel għeleb lil Ġuda,+ u dawn ħarbu, kull wieħed lejn it-tinda tiegħu.+ 23 U f’Bet-xemex, Ġeħogħas, is-sultan taʼ Israel, qabad+ lil Amażija, is-sultan taʼ Ġuda, bin Ġeħogħas, bin Ġeħogħaħaż, u mbagħad ħadu Ġerusalemm+ u waqqaʼ parti mis-sur taʼ Ġerusalemm, minn Bieb Efrajm+ sal-Bieb tal-Kantuniera,+ erbaʼ mitt kubitu. 24 U ħa d-deheb u l-fidda kollha u l-oġġetti kollha li kienu fid-dar taʼ l-Alla l-veru u lil Għobed-edom+ u t-teżori tad-dar tas-sultan+ u xi ostaġġi, u mar lura s-Samarija.+
25 U Amażija,+ bin Ġeħogħas, is-sultan taʼ Ġuda, għex ħmistax-il sena oħra wara l-mewt taʼ Ġeħogħas,+ bin Ġeħogħaħaż, is-sultan taʼ Israel.+ 26 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Amażija, mill-bidu sa l-aħħar,+ ara, m’humiex dawn miktubin fil-Ktieb+ tas-Slaten taʼ Ġuda u Israel?+ 27 U minn dakinhar li Amażija ma baqax isegwi lil Ġeħova, huma kkonfoffaw+ kontrih f’Ġerusalemm. Fl-aħħar ħarab lejn Lakis;+ imma bagħtu jsegwuh sa Lakis u qatluh hemmhekk.+ 28 Għalhekk, ġarrewh fuq iż-żwiemel+ u difnuh maʼ missirijietu fil-belt taʼ Ġuda.+