Salmi
Għad-direttur. Fuq il-Gittit.*+ Taʼ wlied Koraħ. Melodija.
2 Ruħi xxennqet u nfniet għall-btieħi taʼ Ġeħova.+
Qalbi u ġismi jgħajtu bil-ferħ lill-Alla l-ħaj.+
3 Anki l-għasfur sab dar,
U l-ħuttafa sabet bejta għaliha,
Fejn poġġiet iż-żgħar tagħha—
L-artal grandjuż tiegħek, O Ġeħova taʼ l-armati, Sultan tiegħi u Alla tiegħi!
5 Henjin il-bnedmin li s-saħħa tagħhom ġejja mingħandek,+
Li qalbhom tixxennaq biex tkun fit-toroq lejn darek.+
6 Meta jgħaddu mill-wied xott fejn jikbru s-siġar tal-baka,*+
Huma jibdluh f’nixxiegħa;
Bil-barkiet jitlibbes dak li jistruwihom.+
7 Huma jibqgħu mexjin minn enerġija kbira għal enerġija kbira;+
Kull wieħed minnhom jidher quddiem Alla f’Sijon.+
10 Għax jum wieħed fil-btieħi tiegħek aħjar minn elf band’oħra.+
Jien għażilt li noqgħod fuq l-għatba tad-dar t’Alla tiegħi+
Minflok ma ndur fit-tined tal-ħażen.+