Titu
3 Ibqaʼ fakkarhom biex ikunu sottomessi+ u ubbidjenti lejn il-gvernijiet u l-awtoritajiet bħala ħakkiema,+ lesti għal kull għemil tajjeb,+ 2 ma jitkellmu fuq ħadd b’mod inġurjuż, ma jkunux ġellidin,+ imma jkunu raġunevoli,+ u kollhom ħlewwa maʼ kulħadd.+ 3 Għax anki aħna darba konna bla sens, diżubbidjenti, imqarrqin, ilsiera taʼ diversi xewqat u pjaċiri, mgħaddsin fil-ħażen u l-għira, mistmerrin, nobogħdu lil xulxin.+
4 Madankollu, meta ntweriet+ il-qalb tajba+ u l-imħabba lejn il-bniedem min-naħa t’Alla, is-Salvatur tagħna,+ 5 dan ma kienx għax konna wettaqna+ xi għemejjel+ ġusti. Imma fi qbil mal-ħniena tiegħu,+ hu salvana permezz tal-ħasil+ li tana l-ħajja+ u billi ġeddidna bl-ispirtu qaddis.+ 6 Dan l-ispirtu hu ferrgħu fuqna b’mod għani permezz taʼ Ġesù Kristu s-Salvatur tagħna,+ 7 sabiex, wara li niġu dikjarati ġusti+ minħabba l-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu,+ aħna nkunu nistgħu nsiru werrieta+ skond it-tama tal-ħajja taʼ dejjem.+
8 Minnu hu dan li ntqal,+ u dwar dawn l-affarijiet nixtieqek tibqaʼ tisħaq b’sodizza, sabiex dawk li emmnu f’Alla jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq li jagħmlu għemejjel tajbin.+ Dan hu tajjeb u taʼ ġid għall-bnedmin.
9 Imma aħrab il-kwistjonijiet bla sens+ u l-ġenealoġiji+ u l-ġlied+ u t-tilwim fuq il-Liġi,+ għax dawn huma bla siwi u fiergħa. 10 Bniedem li jipprova jifforma setta+ warrbu+ wara li twiddbu għal darba darbtejn;+ 11 għax taf li bniedem bħal dan żvija mit-triq u qed jidneb, u b’hekk ikkundanna lilu nnifsu.+
12 Meta nibgħatlek lil Artema jew lil Tikiku,+ agħmel l-almu tiegħek biex tiġi għandi f’Nikopoli, għax hemmhekk iddeċidejt li ngħaddi x-xitwa.+ 13 Agħti lil Żenas, li jaf il-Liġi, u lil Apollo kulma għandhom bżonn għall-vjaġġ tagħhom, biex ma jkun jonqoshom xejn.+ 14 Imma ħa jitgħallmu n-nies tagħna wkoll jagħmlu għemejjel tajbin sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet urġenti tagħhom,+ biex ma jkunux bla frott.+
15 Dawk kollha li qegħdin miegħi jibagħtu jsellu għalik.+ Sellili għal dawk li għandhom affezzjoni lejna fil-fidi.
Jalla l-qalb tajba mhix mistħoqqa tkun magħkom ilkoll.+