Isaija
50 Hekk qal Ġeħova: “Fejn, allura, huwa ċ-ċertifikat tad-divorzju+ t’ommkom, li lilha jien keċċejt?+ Jew, minn dawk li għandi d-dejn magħhom lil min begħtkom jien?+ Ara! Minħabba l-iżbalji tagħkom stess+ ġejtu mibjugħin, u minħabba l-ksur tal-liġi tagħkom stess tkeċċiet ommkom.+ 2 Għala ġara li, meta jien dħalt, ma kien hemm ħadd?+ Meta sejjaħt, ħadd ma wieġeb?+ Qsaret daqstant idi li ma tistax tifdi,+ jew m’għandix jien qawwa li neħles? Ara! Biċ-ċanfira tiegħi+ nnixxef il-baħar;+ nagħmel ix-xmajjar xagħri.+ Il-ħut tagħhom jinten minħabba li ma jkun hemm ebda ilma, u jmut bl-għatx.+ 3 Jien illibbes is-smewwiet bid-dlam,+ u ngħattihom bid-drapp taʼ l-ixkora.”+
4 Il-Mulej Sovran Ġeħova tani l-ilsien taʼ wieħed li ġie mgħallem,+ sabiex inkun naf kif inwieġeb lill-għajjien b’kelma.+ Hu jqajjimni kull fil-għodu; hu jqajjimli widinti biex nismaʼ bħal wieħed li ġie mgħallem.+ 5 Il-Mulej Sovran Ġeħova nnifsu fetaħli widinti, u jien, min-naħa tiegħi, ma kontx ribelluż.+ Ma dortx fid-direzzjoni opposta.+ 6 Dahri tajtu lil dawk li sawtuni, u ħaddejja+ lil dawk li jnittfu x-xagħar. Wiċċi ma ħbejtux minn affarijiet umiljanti u mill-bżieq.+
7 Imma l-Mulej Sovran Ġeħova nnifsu se jgħinni.+ Għalhekk, mhux se jkolli għalxiex inħossni umiljat. Għalhekk, webbist wiċċi bħaż-żnied, u naf li mhux se jkolli għalfejn nistħi.+ 8 Qrib hu Dak li qed jiddikjarani ġust.+ Min jistaʼ jħaqqaqha miegħi? Ejjew inqumu bil-wieqfa flimkien.+ Min hu l-avversarju tiegħi fil-ġudizzju?+ Ħa jersaq lejja.+ 9 Ara! Il-Mulej Sovran Ġeħova nnifsu se jgħinni. Min jistaʼ jiddikjarani mill-agħar?+ Ara! Ilkoll kemm huma, bħal libsa, se jitmermru.+ Sempliċi kamla se tikolhom.+
10 Min fostkom jibżaʼ+ minn Ġeħova, billi jagħti widen għal-leħen tal-qaddej tiegħu,+ li mexa fi dlam kontinwu+ u li għalih ma kien hemm ebda dija? Ħa jafda f’isem Ġeħova+ u jserraħ fuq Alla tiegħu.+
11 “Ara! Intom ilkoll li qed tixegħlu n-nar, billi tqabbdu x-xrar, imxu fid-dawl tan-nar tagħkom, u fost ix-xrar li ħeġġiġtu. Minn idi, dan hu li se tieħdu żgur: Se timteddu f’uġigħ kbir.+