Esdra
7 Wara dan, fir-renju t’Artaserse,+ is-sultan tal-Persja, Esdra,+ bin Seraja,+ bin Għażarija, bin Ħilkija,+ 2 bin Sallum,+ bin Sadok, bin Aħitub,+ 3 bin Amarija,+ bin Għażarija,+ bin Merajot,+ 4 bin Żeraħija,+ bin Użżi,+ bin Bukki,+ 5 bin Abisugħa,+ bin Fineħas,+ bin Elegħażar,+ bin Aron,+ il-qassis ewlieni+— 6 dan l-istess Esdra telaʼ minn Babilonja; u kien kopista+ tas-sengħa tal-liġi taʼ Mosè,+ li kienet ngħatat minn Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, u billi id Ġeħova Alla tiegħu kienet fuqu, is-sultan tah kulma ried.+
7 U xi wħud minn ulied Israel u mill-qassisin+ u l-Leviti+ u l-għannejja+ u l-għassiesa tal-bibien+ u n-Netinin+ telgħu Ġerusalemm fis-sebaʼ sena tas-Sultan Artaserse.+ 8 Sa fl-aħħar, hu wasal Ġerusalemm fil-ħames xahar, jiġifieri, fis-sebaʼ sena tas-sultan. 9 Għax fl-ewwel jum taʼ l-ewwel xahar hu qatagħha li jitlaʼ minn Babilonja, u fl-ewwel jum tal-ħames xahar wasal Ġerusalemm, għaliex l-id tajba t’Alla tiegħu kienet fuqu.+ 10 Għax Esdra kien ħejja+ qalbu biex ifittex fil-liġi taʼ Ġeħova+ u jobdiha+ u jgħallem+ f’Israel ir-regolamenti+ u l-ġustizzja.+
11 U din hija kopja taʼ l-ittra li s-Sultan Artaserse ta lil Esdra l-qassis u kopista,+ li kien jikkopja l-kliem tal-kmandamenti taʼ Ġeħova u r-regolamenti tiegħu li ta lil Israel:
12* “Artaserse,+ is-sultan tas-slaten,+ lil Esdra l-qassis, il-kopista tal-liġi taʼ l-Alla tas-smewwiet:+ Kull sliem.+ U issa 13 jien ħriġt ordni+ biex kulmin fir-renju+ tiegħi mill-poplu taʼ Israel u l-qassisin u l-Leviti tiegħu jrid imur Ġerusalemm miegħek, ħa jmur.+ 14 Ġaladarba minn quddiem is-sultan u s-sebaʼ kunsillieri+ tiegħu ntbagħtet ordni biex isir tiftix+ dwar Ġuda u Ġerusalemm fil-liġi+ t’Alla+ tiegħek li qiegħda f’idek, 15 u biex jinġiebu l-fidda u d-deheb li s-sultan u l-kunsillieri tiegħu taw+ minn jeddhom lill-Alla taʼ Israel, li jgħammar f’Ġerusalemm,+ 16 bil-fidda u d-deheb kollha li ssib fil-provinċja kollha taʼ Babilonja flimkien maʼ l-għotja tal-poplu+ u l-qassisin li qed jagħtu volontarjament għad-dar t’Alla+ tagħhom, li hi f’Ġerusalemm; 17 b’dawn il-flus int għandek tixtri minnufih barrin,+ imtaten,+ ħrief,+ u l-offerti tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ tagħhom u tippreżentahom fuq l-artal tad-dar t’Alla+ tagħkom, li hi f’Ġerusalemm.+
18 “U bil-bqija tal-fidda u d-deheb+ int u ħutek agħmlu dak li jidhrilkom li hu tajjeb, skond ir-rieda+ t’Alla tagħkom.+ 19 U r-reċipjenti+ li qed jingħatawlek għas-servizz tad-dar t’Alla tiegħek wassalhom kollha quddiem Alla f’Ġerusalemm.+ 20 U l-bqija tal-bżonnijiet tad-dar t’Alla tiegħek li tħoss li għandek tagħti, agħtihom mid-dar tat-teżori tas-sultan.+
21 “U jien stess, is-Sultan Artaserse, ħriġt ordni+ lit-teżorieri+ kollha li huma lil hinn mix-Xmara,+ biex kulma jitlobkom Esdra+ l-qassis, il-kopista tal-liġi taʼ l-Alla tas-smewwiet, agħtuhulu minnufih, 22 sa mitt talent+ fidda u mitt kor+ qamħ u mitt bat+ inbid+ u mitt bat żejt,+ u melħ+ bla limitu. 23 Kulma jordna+ l-Alla tas-smewwiet, ħa jsir biż-żelu+ għad-dar taʼ l-Alla tas-smewwiet,+ biex ma jkunx hemm korla kontra r-renju tas-sultan u kontra wliedu.+ 24 U lilkom qed ngħarrafkom li m’għandkom permess li tgħabbu b’taxxa, ħaraġ,+ jew ħlas+ lil ebda wieħed mill-qassisin,+ mil-Leviti,+ mill-mużiċisti,+ mill-għassiesa tal-bibien,+ min-Netinin,+ u mill-ħaddiema taʼ din id-dar t’Alla.
25 “U int, Esdra, billi tuża l-għerf+ li tak Alla aħtar maġistrati u mħallfin sabiex jiġġudikaw+ kontinwament lill-poplu kollu li qiegħed lil hinn mix-Xmara, lil dawk kollha li jafu l-liġijiet t’Alla tiegħek; u lil kulmin ma jafhomx għallmuhomlu.+ 26 U kulmin ma jagħmilx dak li tgħid il-liġi t’Alla+ tiegħek u l-liġi tas-sultan, ħa jiġi ġudikat minnufih, jew għall-mewt,+ jew għall-eżilju,+ jew għal multa taʼ flus,+ jew għall-ħabs.”
27 Ikun imbierek Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietna,+ li poġġa ħaġa bħal din f’qalb+ is-sultan, biex isebbaħ+ id-dar taʼ Ġeħova, li qiegħda f’Ġerusalemm! 28 U lili wrieni l-qalb tajba bl-imħabba+ quddiem is-sultan u l-kunsillieri+ tiegħu u l-prinċpijiet setgħanin kollha tas-sultan. U jien, min-naħa tiegħi, issaħħaħt għax kelli id+ Ġeħova Alla tiegħi fuqi, u minn Israel ġbart il-kapijiet biex jitilgħu miegħi.