2 Kronaki
26 Imbagħad in-nies+ kollha taʼ Ġuda ħadu lil Użżija,+ li kellu sittax-il sena, u għamluh+ sultan minflok missieru Amażija.+ 2 Kien hu li reġaʼ bena lil Elot+ u mbagħad reġaʼ taha lil Ġuda wara li s-sultan kien imtedd maʼ missirijietu.+ 3 Sittax-il sena kellu Użżija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tnejn u ħamsin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġekolija,+ minn Ġerusalemm. 4 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova,+ skond kulma kien għamel missieru Amażija.+ 5 U hu kontinwament fittex+ lil Alla fi żmien Żakkarija, li kien jgħallmu jibżaʼ mill-Alla l-veru;+ u, fil-jiem li kien ifittex lil Ġeħova, l-Alla l-veru tah ħafna ġid.+
6 U ħareġ jiġġieled kontra l-Filistin+ u ġarraf is-sur taʼ Gat+ u s-sur taʼ Ġabne+ u s-sur t’Asdod,+ u mbagħad bena bliet fit-territorju t’Asdod+ u fost il-Filistin. 7 U l-Alla l-veru kompla jgħinu+ kontra l-Filistin u kontra l-Għarab,+ li kienu jgħammru f’Gurbagħal, u kontra l-Megħunin.+ 8 U l-Għammonin+ bdew jagħtu l-ħaraġ+ lil Użżija. Maż-żmien, il-fama tiegħu+ waslet saħansitra sa l-Eġittu, għax wera l-qawwa tiegħu b’mod straordinarju. 9 Iktar minn hekk, Użżija bena torrijiet+ f’Ġerusalemm biswit il-Bieb tal-Kantuniera+ u biswit Bieb il-Wied+ u biswit ix-Xewka tas-Sur, u saħħaħhom. 10 Iktar minn hekk, bena torrijiet+ fix-xagħri, u ħaffer ħafna ġwiebi (għax kellu ammont kbir taʼ bhejjem), u wkoll fis-Sefela+ u fil-pjanura fl-għoli. Kien hemm il-bdiewa u dawk li jieħdu ħsieb id-dwieli fuq il-muntanji u fil-Karmel, għax hu kien iħobb l-agrikultura.
11 Iktar minn hekk, Użżija kellu qawwa militari li tieħu sehem fil-gwerer, dawk li joħorġu fi truppi+ għal kampanji militari, skond l-għadd tar-reġistrazzjoni tagħhom+ b’id Ġegħijel, is-segretarju,+ u Magħseja, l-uffiċjal, taħt it-tmexxija+ taʼ Ħananija, wieħed mill-prinċpijiet tas-sultan.+ 12 L-għadd kollu tal-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier,+ taʼ l-irġiel qalbenin+ u setgħanin,+ kien elfejn u sitt mija. 13 U taħt it-tmexxija tagħhom il-qawwiet taʼ l-armata kienu tliet mija u sebat elef u ħames mitt raġel li jieħdu sehem fil-gwerer bħala qawwa militari b’saħħitha biex jgħinu lis-sultan kontra l-għadu.+ 14 U Użżija baqaʼ jħejjilhom, għall-armata kollha kemm hi, tarki,+ lanez,+ elmijiet,+ kurazzi,+ qwas,+ u ġebel għall-iżbandola.+ 15 Barra minn hekk, f’Ġerusalemm għamel magni tal-gwerra, ivvintati min-nies tas-sengħa, sabiex jitqiegħdu fuq it-torrijiet+ u fuq il-kantunieri, biex jisparaw il-vleġeġ u l-ġebel kbir. Għaldaqstant, il-fama tiegħu+ xterdet ’il bogħod ħafna, għax kien megħjun b’mod taʼ l-għaġeb sakemm sar b’saħħtu.
16 Madankollu, malli sar b’saħħtu, qalbu tkabbret+ sal-punt li ġab ir-rovina tiegħu stess,+ u b’hekk aġixxa b’nuqqas taʼ fedeltà kontra Ġeħova Alla tiegħu u daħal fit-tempju taʼ Ġeħova biex jaħraq l-inċens fuq l-artal taʼ l-inċens.+ 17 Minnufih il-qassis Għażarija u miegħu l-qassisin taʼ Ġeħova, tmenin raġel qalbieni, daħlu warajh. 18 Imbagħad huma waqfulu lil Użżija, is-sultan,+ u qalulu: “Mhux dmirek,+ O Użżija, li taħraq l-inċens lil Ġeħova, imma hu d-dmir tal-qassisin, ulied Aron,+ dawk li tqaddsu, li jaħarqu l-inċens. Oħroġ ’il barra mis-santwarju; għax int aġixxejt b’nuqqas taʼ fedeltà, u dan ma jkunx taʼ glorja+ għalik min-naħa t’Alla Ġeħova.”
19 Imma Użżija tgħaddab+ waqt li f’idu kellu inċensier+ biex jaħraq l-inċens, u, waqt id-dagħdigħa li kellu mal-qassisin, tfaċċalu+ l-ġdiem+ fuq ġbinu quddiem il-qassisin fid-dar taʼ Ġeħova ħdejn l-artal taʼ l-inċens. 20 Meta Għażarija, il-qassis ewlieni, u l-qassisin kollha daru lejh, ara, hu kien milqut bil-ġdiem fuq ġbinu!+ Għalhekk, bdew iwarrbuh b’ħeffa minn hemmhekk, u hu stess għaġġel ukoll biex joħroġ, għaliex Ġeħova kien laqtu.+
21 U Użżija,+ is-sultan, baqaʼ bil-ġdiem sa jum mewtu, u kompla jgħammar f’dar meħlus minn dmirijietu, bħala wieħed imġiddem;+ għax kien ġie maqtugħ mid-dar taʼ Ġeħova, waqt li ibnu Ġotam kien fuq id-dar tas-sultan, jiġġudika lin-nies tal-pajjiż.
22 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Użżija,+ mill-bidu sa l-aħħar, inkitbu minn Isaija,+ bin Għamoż,+ il-profeta. 23 Fl-aħħar, Użżija mtedd maʼ missirijietu; u għalhekk difnuh maʼ missirijietu, imma fl-għalqa fejn jindifnu s-slaten,+ għax qalu: “Hu mġiddem.” U ibnu Ġotam+ beda jsaltan minfloku.