Dewteronomju
23 “Ebda raġel li jiġi kastrat+ billi jkollu t-testikoli misħuqin+ jew ikollu l-organu maskili maqtugħ ma jidħol fil-kongregazzjoni taʼ Ġeħova.
2 “Ebda iben illeġittimu+ ma jidħol fil-kongregazzjoni taʼ Ġeħova. Saħansitra sa l-għaxar ġenerazzjoni, ħadd minn tiegħu ma jidħol fil-kongregazzjoni taʼ Ġeħova.
3 “Ebda Għammoni jew Mowabi ma jidħol fil-kongregazzjoni taʼ Ġeħova.+ Saħansitra sa l-għaxar ġenerazzjoni, ħadd minn tagħhom ma jidħol fil-kongregazzjoni taʼ Ġeħova għal żmien indefinit, 4 għar-raġuni li ma tawkomx ħobż u ilma biex jgħinukom+ fit-triq meta kontu ħerġin mill-Eġittu,+ u għaliex krew kontrik lil Balgħam, bin Begħor, minn Petor tal-Mesopotamja, biex jisħtek.+ 5 U Ġeħova Alla tiegħek ma riedx jismaʼ lil Balgħam;+ imma Ġeħova Alla tiegħek bidillek is-saħta f’barka,+ għaliex Ġeħova Alla tiegħek ħabbek.+ 6 Taħdimx biex huma jkollhom is-sliem u l-ġid jiemek kollha għal żmien indefinit.+
7 “Tistmerrx lil Edomi, għax hu ħuk.+
“Tistmerrx lil Eġizzjan, għax int kont resident barrani f’pajjiżu.+ 8 L-ulied li jitwildulhom bħala t-tielet ġenerazzjoni jistgħu jidħlu huma nfushom fil-kongregazzjoni taʼ Ġeħova.
9 “Jekk tikkampja għall-gwerra kontra l-għedewwa tiegħek, qis li żżomm ’il bogħod minn kull ħaġa ħażina.+ 10 Jekk ikun hemm f’nofsok xi raġel li ma jibqax nadif, minħabba tinġis li jseħħ bil-lejl,+ irid joħroġ ’il barra mill-kamp. Ma jkunx jistaʼ jidħol f’nofs il-kamp.+ 11 U jrid iseħħ li għall-ħabta taʼ fil-għaxija jinħasel bl-ilma, u maʼ nżul ix-xemx ikun jistaʼ jidħol f’nofs il-kamp.+ 12 U għandu jkollok post privat ’il barra mill-kamp għad-dispożizzjoni tiegħek, u hemmhekk għandek toħroġ. 13 U għandu jkollok pala għad-dispożizzjoni tiegħek flimkien maʼ l-għodod tiegħek, u jiġri li meta titbaxxa barra, trid tħaffer ħofra biha u ddur u tgħatti ħmieġek.+ 14 Għax Ġeħova Alla tiegħek qed jimxi ’l hemm u ’l hawn fil-kamp tiegħek biex jeħilsek+ u jerħilek f’idejk l-għedewwa tiegħek;+ u l-kamp tiegħek għandu jkun qaddis,+ sabiex ma jara xejn indeċenti fik u jerġaʼ lura u ma jibqax miegħek.+
15 “Ilsir tagħtihx lura lil sidu meta jaħrab mingħand sidu għal għandek.+ 16 Miegħek jibqaʼ jgħammar, f’nofsok, fil-post li jagħżel, ikun liema jkun, f’waħda mill-bliet tiegħek,+ kulfejn jogħġbu. Tittrattahx ħażin.+
17 “Ebda waħda mill-bniet taʼ Israel m’għandha ssir prostituta tat-tempju,+ u lanqas ebda wieħed mis-subien taʼ Israel m’għandu jsir prostitut tat-tempju.+ 18 Iddaħħalx il-ħlas+ taʼ prostituta jew il-prezz taʼ kelb+ fid-dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek għal xi wegħda, għaliex dawn huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova Alla tiegħek, saħansitra t-tnejn li huma.
19 “Iġġegħelx lil ħuk iħallas l-imgħax,+ l-imgħax fuq il-flus, l-imgħax fuq l-ikel,+ l-imgħax fuq kwalunkwe ħaġa li għaliha wieħed jistaʼ jitlob l-imgħax. 20 Tistaʼ ġġiegħel lil barrani+ jħallas l-imgħax, imma lil ħuk iġġegħlux iħallas l-imgħax;+ sabiex Ġeħova Alla tiegħek ibierkek f’kull xogħol li tagħmel fl-art li sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+
21 “Jekk twiegħed wegħda lil Ġeħova+ Alla tiegħek, m’għandekx titnikker biex troddha,+ għaliex Ġeħova Alla tiegħek żgur li jitlobha mingħandek, u dan ikun dnub min-naħa tiegħek.+ 22 Imma jekk ma tagħmilx wegħda, dan ma jkunx dnub min-naħa tiegħek.+ 23 Dak li joħroġ minn xofftejk għandek twettqu,+ u għandek tagħmel sewwasew bħalma wegħedt lil Ġeħova Alla tiegħek bħala offerta volontarja li tkellimt dwarha b’fommok.+
24 “Jekk tidħol fl-għalqa tad-dwieli taʼ sieħbek, kul biss biżżejjed għeneb sakemm tixbaʼ ruħek, imma tqiegħed xejn fil-ħorġa tiegħek.+
25 “Jekk tidħol fiż-żaraʼ wieqaf taʼ sieħbek, aqtaʼ biss is-sbul misjur b’idek, imma xxejjirx il-minġel ’l hemm u ’l hawn fuq iż-żaraʼ wieqaf taʼ sieħbek.+