19 U Ġob wieġeb u qal:
2 “Kemm se ddumu tkidduni+
U tkissruni bil-kliem?+
3 Dawn l-għaxar darbiet ċanfartuni;
Ma tistħux tittrattawni daqshekk bl-aħrax.+
4 U, ejja ngħidu li żbaljajt,+
Jien ingawdih l-iżball tiegħi.
5 Jekk, fil-fatt, titkabbru kontrija,+
U turu li jistħoqqli l-għajb tiegħi,+
6 Kunu afu, mela, li hu Alla li żvijani,
U x-xibka tal-kaċċa tiegħu għalaqha fuqi.+
7 Ara! Nibqaʼ ngħajjat, ‘Vjolenza!’ imma ħadd ma jwieġeb;+
Nibqaʼ ngħajjat għall-għajnuna, imma m’hemmx ġustizzja.+
8 Il-passaġġ tiegħi għalqu b’ħajt tal-ġebel,+ u ma nistax ngħaddi;
U fuq triqati jqiegħed id-dlam.+
9 Neħħieli l-glorja tiegħi minn fuqi,+
U neżżagħli l-kuruna minn rasi.
10 Iġarrafni minn kull naħa, u ngħosfor;
U jaqlagħli bħal siġra t-tama tiegħi.
11 Ir-rabja tiegħu tixgħel kontrija,+
U jibqaʼ jgħoddni bħala avversarju tiegħu.
12 Ngħaqdu flimkien it-truppi tiegħu biex jiġu u jibnu triqithom kontrija,+
U jikkampjaw madwar it-tinda tiegħi.
13 Lil ħuti stess begħedhom minni,+
U dawk li jafuni saħansitra warrbuni.
14 Il-ħbieb intimi tiegħi m’għadhomx jeżistu,+
U dawk li nafhom sew insewni,
15 Dawk li qed jgħixu bħala barranin f’dari;+ u l-ilsiera nisa tiegħi jgħodduni bħala stranġier;
Barrani sirt f’għajnejhom.
16 Insejjaħ lill-qaddej tiegħi, imma ma jwiġibx.
B’fommi nibqaʼ nitolbu bil-ħniena biex jagħdirni.
17 Nifsi sar iqażżeż lil marti,+
U jien sirt ninten għal ulied żaqq ommi.
18 Is-subien ukoll ċaħduni;+
Lanqas nilħaq inqum li ma jibdewx jitkellmu kontrija.
19 L-irġiel kollha li kienu ħbieb tal-qalb jistmerruni,+
U dawk li nħobb daru kontrija.+
20 Maʼ ġildi u maʼ laħmi mwaħħal għadmi,+
U ma baqagħlix ħlief il-ġilda taʼ snieni.
21 Ħennu għalija, ħennu għalija, O intom sħabi,+
Għax id Alla laqtitni.+
22 Għala tibqgħu tippersegwitawni bħalma jagħmel Alla,+
U ma tixbgħux b’laħmi?
23 O li kieku kellu jinkiteb issa kliemi!
O li kieku kellu jitniżżel fi ktieb!
24 O li kieku kien minqux għal dejjem fil-blat,
B’xafra tal-ħadid+ u biċ-ċomb!
25 U jien naf tajjeb li l-feddej tiegħi+ hu ħaj,
U li, meta jiġi warajja, hu jqum+ fuq it-trab.
26 U wara li qaxxruli ġildi,—dan!
Għalkemm laħmi ġie fix-xejn, jien se narah lil Alla,
27 Li lilu jien se nara personalment.+
Għajnejja, u mhux għajnejn xi stranġier, se jaraw lil Alla.
Il-kliewi tiegħi ddgħajfu ġo fija.
28 Għax intom tgħidu, ‘Għala nibqgħu nippersegwitawh?’+
Meta l-għerq tal-kwistjoni jinsab fija.
29 Ibżgħu minħabba s-sejf,+
Għax is-sejf ifisser korla kontra l-iżbalji,
Sabiex tkunu tafu li hemm imħallef.”+