2 Samwel
23 U dan hu l-aħħar kliem taʼ David:+
“Il-kelma taʼ David, bin Ġesse,+
U l-kelma tar-raġel b’saħħtu li ġie merfugħ fl-għoli,+
Il-midluk+ taʼ l-Alla taʼ Ġakobb,
U l-għaxqa tal-melodiji+ taʼ Israel.
3 L-Alla taʼ Israel qal,
Lili kellem il-Blata taʼ Israel,+
‘Meta min jaħkem fuq il-bnedmin ikun ġust,+
Jaħkem bil-biżaʼ minn Alla,+
4 Imbagħad ikun bħad-dawl taʼ fil-għodu, meta tiddi x-xemx,+
Għodwa mingħajr sħab.
Mid-dija, mix-xita, jinbet il-ħaxix mill-art.’+
5 Għax mhux hekk huma n-nies tad-dar tiegħi quddiem Alla?+
Għax patt għal żmien indefinit+ hu għamel miegħi,
Irranġat sew f’kollox u mħares tajjeb.+
Għax dan hu s-salvazzjoni kollha tiegħi+ u l-għaxqa kollha tiegħi,
M’huwiex għalhekk li hu jġiegħlu jikber?+
6 Imma persuni li m’huma tajbin għal xejn+ jitkeċċew,+ bħal għollieq,+ kollha kemm huma;
Għax m’għandhomx jinqabdu bl-id.
7 Meta raġel imisshom
Għandu jkun armat bis-sħiħ bil-ħadid u b’lanza,
U bin-nar jiġu maħruqin għalkollox.”+
8 Dawn huma l-ismijiet taʼ l-irġiel setgħanin+ taʼ David: Ġoseb-bassebet+ it-Taħkemoni, il-kap tat-tlieta. Hu xejjer il-lanza tiegħu fuq tmien mija u qatilhom f’darba waħda. 9 Warajh jiġi Elegħażar,+ bin Dodo,+ bin Aħoħi, li kien fost it-tlett irġiel setgħanin maʼ David meta ħaduha mal-Filistin. Dawn kienu nġabru hemmhekk għall-battalja, u għalhekk l-irġiel taʼ Israel irtiraw.+ 10 Kien hu li qam u baqaʼ joqtol lill-Filistin sakemm idu għejiet u idu baqgħet imwaħħla mas-sejf,+ u b’hekk Ġeħova wettaq salvazzjoni kbira dakinhar;+ u n-nies marru lura warajh biss biex ineżżgħu l-midrubin.+
11 U warajh kien hemm Sammah, bin Agi l-Ħarari.+ U l-Filistin inġabru f’Leħi, fejn kien hemm medda rabaʼ mimlija għads;+ u n-nies ħarbu minħabba l-Filistin. 12 Imma hu ħa postu f’nofs il-medda rabaʼ u ħelisha u baqaʼ joqtol lill-Filistin, u b’hekk Ġeħova wettaq salvazzjoni kbira.+
13 U tlieta mit-tletin kap+ niżlu u marru għall-ħsad, għand David fl-għar t’Għadullam;+ u l-Filistin kienu kkampjati f’tined fil-pjanura l-baxxa tar-Refajin.+ 14 U David, dik il-ħabta, kien fil-post diffiċli biex jintlaħaq;+ u dik il-ħabta f’Betlehem kien hemm għassa+ tal-Filistin. 15 Ftit wara, David esprima x-xewqa li kellu u qal: “Mhux li kont nistaʼ nixrob l-ilma mill-ġiebja li hemm f’Betlehem ħdejn il-bieb!”+ 16 Għal dan, it-tlett irġiel setgħanin daħlu fil-kamp tal-Filistin u tellgħu l-ilma mill-ġiebja li hemm f’Betlehem ħdejn il-bieb u ġarrewh u ħaduh lil David;+ u hu ma riedx jixorbu, imma sawbu+ quddiem Ġeħova. 17 U ssokta jgħid: “Lanqas biss jgħaddili minn moħħi,+ O Ġeħova, li nagħmel dan! Se nixrob jien id-demm+ taʼ l-irġiel li marru jissograw ħajjithom?” U ma riedx jixorbu.
Dawn huma l-affarijiet li għamlu t-tlett irġiel setgħanin.
18 Issa Abisaj,+ ħu Ġowab, bin Seruja,+ kien il-kap tat-tletin, u xejjer il-lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom, u kellu reputazzjoni bħal dawn it-tlieta.+ 19 Għalkemm iddistingwa ruħu saħansitra iktar mill-bqija tat-tletin, u kien il-kap tagħhom, ma laħaqx il-grad taʼ l-ewwel tlieta.+
20 U Benaja,+ bin Ġeħojada,+ bin raġel qalbieni, li għamel ħafna għemejjel kbar f’Kabsil,+ hu stess qatel iż-żewġ ulied t’Arjel taʼ Mowab; u hu stess niżel u qatel iljun+ ġo bir f’jum li fih niżlet il-borra.+ 21 U kien hu li qatel lir-raġel Eġizzjan li kien taʼ kobor straordinarju.+ Għalkemm l-Eġizzjan kellu lanza f’idu, hu niżel għalih b’ħatar u ħataf il-lanza minn id l-Eġizzjan u qatlu bil-lanza tiegħu stess.+ 22 Dawn l-affarijiet għamel Benaja,+ bin Ġeħojada; u kellu reputazzjoni bħat-tlett irġiel setgħanin.+ 23 Għalkemm iddistingwa ruħu saħansitra iktar mit-tletin, ma laħaqx il-grad taʼ dawn it-tlieta; imma David ħatru bħala l-gwardja persunali tiegħu.+
24 Għasael,+ ħu Ġowab, kien fost it-tletin; Elħanan,+ bin Dodo, minn Betlehem, 25 Sammah+ il-Ħarodi, Elika l-Ħarodi, 26 Ħeleż+ il-Palti, Ira,+ bin Ikkes+ it-Tekogħi, 27 Abi-għeżer+ l-Għanatoti,+ Mebunnaj il-Ħusati,+ 28 Żalmon l-Aħoħi,+ Maħaraj+ in-Netofati, 29 Ħeleb,+ bin Bagħnah in-Netofati, Ittaj,+ bin Ribaj, minn Gibegħa taʼ wlied Benjamin, 30 Benaja+ l-Piratoni, Ħiddaj mill-widien* taʼ Gagħas,+ 31 Abi-għalbon l-Għarbati, Għażmawet+ il-Bar-ħumi, 32 Eljaħba s-Sagħlboni, ulied Ġasen, Ġonatan,+ 33 Sammah il-Ħarari, Aħijam,+ bin Sarar il-Ħarari, 34 Elifelet, bin Aħasbaj, bin il-Magħkati, Eligħam, bin Aħitofel+ il-Giloni, 35 Ħesro+ l-Karmeli, Pagħraj l-Arbi, 36 Igal, bin Natan+ minn Soba, Bani l-Gadi, 37 Selek+ l-Għammoni, Naħaraj il-Biroti, dawk li kienu jġorru l-armi taʼ Ġowab, bin Seruja, 38 Ira l-Itri,+ Gareb+ l-Itri, 39 Urija+ l-Ħitti—b’kollox sebgħa u tletin.