Salmi Għanja tat-Tlajjaʼ. 128 Hieni kulmin jibżaʼ minn Ġeħova,+Li jimxi fi triqatu.+ 2 Għax int se tiekol mit-taħbit taʼ idejk.+Int tkun hieni u jaħbatlek tajjeb.+ 3 Martek tkun bħal dielja li tagħti l-frott+Fl-iktar partijiet ġewwinin taʼ darek.Uliedek subien ikunu bħal xitel taż-żebbuġ+ madwar il-mejda tiegħek. 4 Ara! Hekk se jitbierek ir-raġel b’saħħtu+Li jibżaʼ minn Ġeħova.+ 5 Ġeħova se jbierkek minn Sijon.+U int tara l-ġid taʼ Ġerusalemm il-jiem kollha taʼ ħajtek,+ 6 U tara lil ulied uliedek.+Ħa jkun hemm il-paċi fuq Israel.+