Lhud
3 Għaldaqstant, aħwa qaddisin, li għandkom sehem fis-sejħa tas-sema,+ irriflettu dwar l-appostlu+ u l-qassis il-kbir li nistqarru+—Ġesù. 2 Hu kien leali+ lejn Dak li ħatru, bħalma kien ukoll Mosè+ fid-dar kollha Tiegħu.+ 3 Għax hu meqjus denju taʼ iktar glorja+ minn Mosè, billi min+ jibni dar għandu iktar unur mid-dar li jkun bena.+ 4 Naturalment, kull dar tinbena minn xi ħadd, imma dak li bena kollox hu Alla.+ 5 U Mosè, bħala qaddej,+ wera fedeltà fid-dar+ kollha Tiegħu bħala xiehda taʼ dak li kellu jingħad wara,+ 6 imma Kristu, bħala Iben,+ kien leali fuq id-dar Tiegħu. Aħna d-dar Tiegħu,+ jekk inżommu sod sat-tmiem il-libertà tal-kelma u l-ftaħir bit-tama tagħna.+
7 Għalhekk, bħalma jgħid l-ispirtu qaddis:+ “Jekk illum tisimgħu leħnu,+ 8 twebbsux qlubkom bħal dakinhar li tqanqlet rabja ħarxa,+ bħal dakinhar tal-prova+ fix-xagħri,+ 9 li fih missirijietkom għaddewni minn prova, għalkemm raw l-għemejjel tiegħi+ għal erbgħin sena sħaħ.+ 10 Minħabba dan ħassejtni diżgustat b’din il-ġenerazzjoni u għedt, ‘Dejjem jiżvijaw fi qlubhom,+ u ma sarux jafu triqati.’+ 11 Għalhekk, ħlift fir-rabja tiegħi, ‘Ma jidħlux+ fil-mistrieħ tiegħi.’”+
12 Attenti, ħuti, li ma tmurx tiżviluppa f’xi ħadd minnkom qalb mill-agħar li tkun nieqsa mill-fidi u titbiegħdu mill-Alla l-ħaj;+ 13 imma ibqgħu ħeġġu+ lil xulxin kull jum, sakemm dan jistaʼ jissejjaħ “Illum,”+ li ma jmurx xi ħadd minnkom jitwebbes bil-qawwa qarrieqa+ tad-dnub. 14 Għax, fil-fatt, ikollna sehem fil-Kristu+ jekk biss inżommu sod sat-tmiem il-fiduċja li kellna fil-bidu,+ 15 waqt li qed jingħad: “Jekk illum tisimgħu leħnu,+ twebbsux qlubkom bħal dakinhar li tqanqlet rabja ħarxa.”+
16 Għax min kienu dawk li semgħu u madankollu qanqlu rabja ħarxa?+ Fil-fatt, mhux dawk kollha li ħarġu mill-Eġittu taħt Mosè għamlu hekk?+ 17 Ukoll, Alla b’min ħassu diżgustat għal erbgħin sena sħaħ?+ Ma kienx b’dawk li dinbu, li l-iġsma mejtin tagħhom waqgħu fix-xagħri?+ 18 Imma lil min ħalef+ li ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħu ħlief lil dawk li m’obdewhx?+ 19 Hekk naraw li ma setgħux jidħlu minħabba n-nuqqas taʼ fidi.+