Ġob
28 “Tabilħaqq, jeżisti post fejn tinstab il-fidda
U post għad-deheb li jsaffu;+
2 Il-ħadid jittieħed mit-trab+
U r-ram aħmar mill-ġebel jitferraʼ.
3 Il-bniedem stabbilixxa tmiem għad-dlam;
U sa kull limitu jfittex+
Ġebel fis-swidija u fid-dlam ċappa.
4 Iħaffer mina ’l bogħod minfejn in-nies jgħammru bħala barranin,+
Postijiet minsijin ’il bogħod minn sieq il-bniedem;
Xi wħud mill-bnedmin mortali jiddendlu, jitbandlu.
5 Inkwantu għall-art, minnha joħroġ l-ikel;+
Imma minn taħt tiġi maqluba taʼ taħt fuq bħallikieku bin-nar.
8 Il-bhejjem salvaġġi ma jirfsux fuqha;
L-iljun b’saħħtu ma jgħaddix minnha.
9 Fuq iż-żnied joħroġ idu;
Jaqleb sa mill-qiegħ il-muntanji;
10 Fil-blat iħaffer mini li minnhom jgħaddi l-ilma,+
U jaraw għajnejh l-affarijiet prezzjużi kollha.
11 Il-postijiet li minnhom inixxu x-xmajjar itellgħalhom ilqugħ,+
U l-ħaġa moħbija joħroġha għad-dawl.
17 Id-deheb u l-ħġieġ ma jistgħux jitqabblu miegħu,
Lanqas kwalunkwe reċipjent taʼ deheb imsoffi ma jinbidel miegħu.
18 Il-qroll+ u l-kristall ma jistgħux jitqabblu miegħu,
Imma xkora mimlija għerf tiswa iktar minn waħda mimlija perli.+
19 It-topazju+ taʼ Kus ma jistax jitqabbel miegħu;
Ma jistax jitħallas saħansitra b’deheb mill-iktar safi.
21 Ġie moħbi saħansitra minn għajnejn il-ħajjin kollha,+
U hu mistur għall-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet.
22 Il-qerda u l-mewt qalu,
‘B’widnejna stess smajna aħbar dwaru.’
23 Alla hu li jifhem triq l-għerf,+
U hu jagħraf post l-għerf,
24 Għax hu jħares lejn truf l-art;+
Jara taħt is-smewwiet kollha,
25 Biex jagħti l-qawwa lir-riħ,+
Waqt li hu jqassam l-ilmijiet bil-qjies;+
26 Meta għamel regolament għax-xita,+
U triq għas-sħaba li ġġib maltempata bir-ragħad,
27 Imbagħad ra l-għerf u tkellem dwaru;
Ħejjieh u għarblu bir-reqqa wkoll.