Salmi
Melodija taʼ David.
29 Irrikonoxxu lil Ġeħova, O intom ulied is-setgħanin,
Irrikonoxxu l-glorja u s-saħħa taʼ Ġeħova.+
5 Leħen Ġeħova qed ikisser iċ-ċedri;
Iva, Ġeħova jkisser f’biċċiet iċ-ċedri tal-Libanu,+
6 U jġegħelhom jaqbżu bħal għoġol,+
Il-Libanu u s-Sirjon+ bħal ulied il-barrin salvaġġi.
7 Leħen Ġeħova qed itajjar il-fjammi tan-nar;+
8 Leħen Ġeħova jġiegħel ix-xagħri jitkagħweġ,+
Ġeħova jġiegħel ix-xagħri taʼ Kades+ jitkagħweġ.
9 Leħen Ġeħova jġiegħel iċ-ċriev jitkagħwġu bl-uġigħ tal-ħlas+
U jneżżaʼ l-foresti.+
U fit-tempju tiegħu kulħadd qed jgħid: “Glorja!”+