Proverbji
18 Min jinqataʼ għalih se jfittex ix-xewqa egoistika tiegħu stess;+ kontra kull għaqal* jiħodha.+
2 Kulmin hu stupidu ma jitgħaxxaqx bid-dixxerniment,+ ħlief meta qalbu tikxef lilha nfisha.+
3 Meta jidħol bniedem mill-agħar, jidħol ukoll id-disprezz;+ u mad-diżunur+ hemm ukoll it-tmaqdir.
4 Il-kliem taʼ fomm il-bniedem hu bħal ilmijiet fondi.+ Il-bir taʼ l-għerf hu wied igelgel bis-saħħa.+
5 Mhux tajjeb li tintwera parzjalità mal-bniedem mill-agħar,+ u lanqas li l-ġust jitwarrab fil-ġudizzju.+
6 Xofftejn l-istupidu jidħlu fit-tilwim,+ u fommu jistieden id-daqqiet.+
7 Fomm l-istupidu huwa r-rovina tiegħu,+ u xofftejh huma nassa għal ruħu.+
8 Kliem il-kalunnjatur hu bħal affarijiet li jinbelgħu b’regħba+ u li jinżlu fl-iktar parti ġewwinija taż-żaqq.+
9 Barra minn hekk, min jintreħa f’xogħlu+ huwa ħu dak li qed jikkaġuna rovina.+
10 Isem Ġeħova hu torri b’saħħtu.+ Fih jidħol jiġri l-ġust u jingħata l-protezzjoni.+
11 L-affarijiet taʼ valur li għandu l-għani huma l-belt b’saħħitha tiegħu,+ u huma bħal ħajt protettiv fl-immaġinazzjoni tiegħu.+
12 Qabel tisbita qalb il-bniedem titkabbar,+ u qabel il-glorja hemm l-umiltà.+
13 Meta xi ħadd iwieġeb qabel ma jismaʼ l-kwistjoni,+ dan ikun bluha min-naħa tiegħu u umiljazzjoni.+
14 L-ispirtu taʼ bniedem jistaʼ jissaporti l-mard li jkollu;+ imma spirtu mdejjaq, min jiflaħ jissaportih?+
15 Qalb dak li għandu l-abbiltà li jifhem tikseb l-għarfien,+ u widnet l-għorrief tipprova ssib l-għarfien.+
16 Ir-rigal taʼ bniedem jiftaħlu triq wiesgħa,+ u jwasslu quddiem nies kbar.+
17 L-ewwel wieħed li jesprimi l-każ tiegħu jidher li qiegħed fis-sewwa,+ sakemm jidħol għajru u jgħarblu.+
18 Ix-xorti twaqqaf il-ġlied,+ u saħansitra tferraq lis-setgħanin.+
19 Il-ħu li jkun ġie offiż huwa iżjed iebes minn belt b’saħħitha;+ u hemm ġlied li hu bħall-istaneg tal-bibien taʼ fortizza.+
20 Bi frott fommu tixbaʼ żaqq il-bniedem;+ hu jixbaʼ saħansitra bil-prodott taʼ xofftejh.+
21 Il-mewt u l-ħajja huma fis-setgħa taʼ l-ilsien,+ u min iħobb jużah se jiekol frottu.+
22 Xi ħadd sab mara tajba?+ Sab ħaġa tajba,+ u jikseb l-approvazzjoni taʼ Ġeħova.+
23 Bniedem taʼ ftit mezzi jitlob bil-ħrara,+ imma l-għani jwieġeb bl-herra.+
24 Hemm dawk li lesti li jkissru lil sħabhom,+ imma hemm ħabib li jintrabat miegħek iktar minn ħuk.+