Dewteronomju
34 Imbagħad Mosè telaʼ mill-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab fuq il-muntanja Nebo,+ lejn il-quċċata tal-Pisga,+ li tħares lejn Ġeriko.+ U Ġeħova wrieh l-art kollha, minn Gilegħad sa Dan,+ 2 u Naftali kollu u l-art t’Efrajm u Manasse u l-art kollha taʼ Ġuda sal-baħar tal-punent,+ 3 u n-Negeb+ u d-Distrett tal-Ġordan,+ il-pjanura fil-wied taʼ Ġeriko, il-belt tas-siġar tal-palm,+ sa Sogħar.+
4 U Ġeħova ssokta jgħidlu: “Din hi l-art li dwarha ħlift lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb, u għedt, ‘Lil nislek nagħtiha.’+ Jien ħallejtek taraha b’għajnejk stess, peress li m’intix se taqsam għal hemmhekk.”+
5 Imbagħad Mosè, il-qaddej taʼ Ġeħova,+ miet hemmhekk fl-art taʼ Mowab skond l-ordni taʼ Ġeħova.+ 6 U difnu fil-wied fl-art taʼ Mowab quddiem Bet-pegħor,+ u sa dan il-jum ħadd ma jaf fejn hu qabru.+ 7 U Mosè kellu mija u għoxrin sena meta miet.+ Għajnejh kienu għadhom ma ċċajprux,+ u lanqas saħħtu ma kienet telqitu.+ 8 U wlied Israel damu tletin+ jum jibku lil Mosè fuq il-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab. Sa fl-aħħar għaddew jiem il-biki tal-perijodu taʼ vistu għal Mosè.
9 U Ġożwè, bin Nun, kien mimli bl-ispirtu taʼ l-għerf,+ għax Mosè kien qiegħed idu fuqu;+ u wlied Israel bdew jagħtuh widen u għamlu sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ 10 Imma qatt ma kien deher f’Israel profeta bħal Mosè,+ li lilu Ġeħova kien jafu wiċċ imbwiċċ,+ 11 rigward is-sinjali u l-mirakli kollha li Ġeħova bagħtu jagħmel fl-art taʼ l-Eġittu quddiem il-Fargħun u l-qaddejja kollha tiegħu u l-art kollha tiegħu,+ 12 u rigward l-id b’saħħitha u l-għemejjel kbar kollha li jqanqlu l-biżaʼ li għamel Mosè quddiem għajnejn Israel kollu.+