Ġob
5 Jekk nimxi maʼ dawk li ma jgħidux il-verità,+
U sieqi tħaffef lejn il-qerq,+
6 Alla jiżinni f’miżien eżatt+
U jagħraf l-integrità tiegħi.+
7 Jekk il-passi tiegħi jiżvijaw mit-triq,+
Jew qalbi timxi sempliċement wara għajnejja,+
Jew xi difett jeħel mal-pali taʼ idejja,+
8 Ħa niżraʼ jien u ħaddieħor jiekol,+
U ħa jitqaċċtu mill-għeruq id-dixxendenti tiegħi.
9 Jekk qalbi nġibdet lejn xi mara,+
U qgħadt nistenna+ wara bieb sieħbi,
10 Ħa titħan marti għal raġel ieħor,
U ħa jmilu fuqha rġiel oħrajn.+
12 Għax dan hu nar li jibqaʼ jiblaʼ sakemm jeqred kollox,+
U l-prodott kollu tiegħi jinqered sa l-għeruq.
13 Jekk irrifjutajt li nimxi bil-ħaqq maʼ l-ilsir tiegħi
Jew maʼ l-ilsira tiegħi fil-kawża legali tagħhom miegħi,
14 X’nistaʼ nagħmel meta jqum Alla?
U meta jitlob kont minni, x’nistaʼ nwieġbu?+
16 Jekk żammejt lura lill-foqra milli jitgħaxxqu,+
U għajnejn l-armla kont inġegħelhom jiddgħajfu,+
17 U kilt il-loqma tiegħi waħdi,
Waqt li t-tifel bla missier ma kielx minnha+
18 (Għax minn żgħożiti hu kiber miegħi bħallikieku maʼ missier,
U lill-armla sa minn ġuf ommi kont immexxiha);
19 Jekk rajt lil xi ħadd magħkus għax ma kellux x’jilbes,+
Jew li l-fqir ma kellux għata;
U ma ssaħħanx bis-suf imġiżż+ taʼ l-imtaten żgħar tiegħi;
21 Jekk xejjirt idi ’l hemm u ’l hawn kontra t-tifel bla missier,+
Meta kont nara li hemm bżonn l-għajnuna tiegħi fil-bieb,+
22 Ħa tinqalaʼ l-għadma taʼ spallti minn postha,
U ħa jinkiser driegħi mill-għadma taʼ fuq.
23 Għax id-diżastru minn Alla kien taʼ tkexkix għalija,
U kontra d-dinjità tiegħu+ ma stajtx nieqaf.
25 Jekk thennejt għax kelli ħafna proprjetà,+
U għax idi sabet ħafna affarijiet;+
26 Jekk rajt ix-xemx meta tiddi,
Jew il-qamar miexi fid-dija tiegħu,+
27 U qalbi bil-moħbi bdiet tinġibed+
U b’idi tfajtilhom il-bewsa taʼ fommi,
28 Dan ukoll ikun żball li għandhom jiġġudikawh l-imħallfin,
Għax inkun ċħadt lill-Alla l-veru li hu fl-għoli.
29 Jekk fraħt bil-mewt taʼ dak li tant kien jobgħodni,+
Jew ħadt gost bid-deni li ġie fuqu—
30 U jien ma ħallejtx lil fommi jidneb
Billi tlabt għal saħta kontra ruħu.+
31 Jekk in-nies tat-tinda tiegħi ma qalux,
‘Min jistaʼ jġib lil xi ħadd li ma xebax bl-ikel tiegħu?’+—
32 Ħadd mir-residenti barranin ma kien iqattaʼ l-lejl barra;+
Il-bibien taʼ dari żammejthom miftuħin għall-vjaġġatur.
33 Jekk, bħal kwalunkwe bniedem, għattejt in-nuqqasijiet tiegħi+
Billi ħbejt l-iżball tiegħi f’ħobbi—
34 Għaliex folla kbira kienet taħsadni,
Id-disprezz tal-familji kien iwerwirni
U kont nibqaʼ sieket, ma kontx noħroġ mill-bieb ’il barra.
35 Mhux li kelli lil xi ħadd jagħtini widen,+
Li skond il-firma* tiegħi Dak li Jistaʼ Kollox iwiġibni!+
Jew mhux li l-individwu fil-kawża legali miegħi kien kiteb dokument!
36 Żgur li fuq spallti kont inġorru;
Kont indawru miegħi bħal kuruna grandjuża.
38 Jekk kontrija r-rabaʼ tiegħi kellu jgħajjat għall-għajnuna,
U flimkien kellhom jibku r-raddi tiegħu;
39 Jekk il-frott tiegħu kiltu mingħajr flus,+
U ruħ is-sidien tiegħu ġegħeltha tilheġ,+
40 Minflok il-qamħ ħa jinbet ix-xewk,+
U minflok ix-xgħir il-ħaxix ħażin li jinten.”
Hawn jintemm kliem Ġob.