Għanja tat-Tlajjaʼ.
130 Mill-abbissi sejjaħtlek, O Ġeħova.+
2 O Ġeħova, ismaʼ leħni.+
Ħa jkunu widnejk attenti għal leħni meta nitolbok bil-ħrara.+
3 Kieku int toqgħod għassa għall-iżbalji,+ O Jah,
O Ġeħova, min jistaʼ jżomm wieqaf?+
4 Għax għandek hemm il-maħfra vera,+
Sabiex ikun hemm il-biżaʼ tiegħek.+
5 Jien ittamajt, O Ġeħova, ruħi ttamat,+
U stennejt kelmtek.+
6 Ruħi stenniet lil Ġeħova+
Iktar milli jistennew l-għodwa l-għassiesa,+
Li qegħdin għassa għall-għodwa.+
7 Ħa jibqaʼ Israel jistenna lil Ġeħova.+
Għax qalb tajba bl-imħabba għandu Ġeħova,+
U jifdi bil-kbir.+
8 U hu se jifdi lil Israel mill-iżbalji kollha tiegħu.+