Luqa
19 U daħal Ġeriko+ u kien għaddej minn hemmhekk. 2 Issa kien hemm raġel jismu Żakkew; u dan kien kollettur ewlieni tat-taxxi, u kien għani. 3 Hu kien qed jipprova jara+ min kien dan Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, għax kien qasir. 4 Għalhekk, mar jiġri ’l quddiem u telaʼ fuq tina salvaġġa sabiex jarah, għax kien se jgħaddi minn hemmhekk. 5 Issa, meta wasal f’dak il-post, Ġesù ħares ’il fuq u qallu: “Żakkew, isa, inżel, għax illum irrid noqgħod f’darek.” 6 Għal dan, niżel jiġri u laqgħu bil-ferħ bħala mistieden għandu. 7 Imma meta raw dan, ilkoll bdew igemgmu+ minn taħt l-ilsien u jgħidu: “ Maʼ midneb mar joqgħod.” 8 Imma Żakkew qam u qal lill-Mulej: “Ara! Mulej, nofs ġidi se nagħtih lill-foqra, u kulma ħadt b’qerq u b’akkuża falza+ mingħand xi ħadd se rroddu lura għal erbaʼ darbiet.”+ 9 Għal dan, Ġesù qallu: “Illum ġiet is-salvazzjoni f’din id-dar, għax int ukoll bin Abraham.+ 10 Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva dak li kien mitluf.”+
11 Huma u jisimgħu dan, żied jgħidilhom tixbiha, għax kien qrib Ġerusalemm u kienu qed jimmaġinaw li s-saltna t’Alla kienet se tidher minnufih.+ 12 Għalhekk, qalilhom: “Wieħed raġel nobbli minn twelidu vvjaġġa lejn art imbiegħda biex jikseb poter bħala sultan u mbagħad jerġaʼ lura.+ 13 Sejjaħ għaxra mill-ilsiera tiegħu, tahom għaxar miniet, u qalilhom, ‘Innegozjawhom sakemm niġi.’+ 14 Imma ċ-ċittadini taʼ pajjiżu kienu jobogħduh+ u bagħtu warajh ġemgħa t’ambaxxaturi jgħidu, ‘Lil dan ma rriduhx isir sultan fuqna.’+
15 “U meta ġie lura, wara li kiseb il-poter bħala sultan, ordna li jissejħu quddiemu l-ilsiera li lilhom kien ta l-flus tal-fidda, sabiex ikun jaf x’kienu qalgħu bin-negozju li kienu għamlu.+ 16 Imbagħad, ġie quddiemu l-ewwel wieħed u qallu, “Sidi, il-mina tiegħek qalgħet għaxar miniet.’+ 17 Għalhekk, qallu, ‘Prosit, ilsir tajjeb! Peress li wrejt fedeltà f’ħaġa żgħira ħafna, ħu l-awtorità fuq għaxart ibliet.’+ 18 Issa ġie t-tieni wieħed u qal, ‘Il-mina tiegħek, Sidi, għamlet ħames miniet.’+ 19 Lil dan ukoll qallu, ‘Int, ukoll, ħu taħt idejk ħamest ibliet.’+ 20 Imma ġie ieħor u qal, ‘Sidi, hawn hi l-mina tiegħek, li jien żammejt merfugħa f’biċċa drapp. 21 Għax ara, bżajt minnek, peress li int raġel aħrax; tiġbor dak li ma ddepożitajtx u taħsad dak li ma żrajtx.’+ 22 Qallu, ‘Minn fommok stess+ niġġudikak, ilsir mill-agħar. Kont taf, hux hekk, li jien raġel aħrax, li niġbor dak li ma ddepożitajtx u naħsad dak li ma żrajtx?+ 23 Allura, għala ma poġġejtx il-flus tal-fidda tiegħi l-bank? Imbagħad, meta nasal, kont niġborhom bl-imgħax.’+
24 “Imbagħad qal lil dawk li kienu ħdejh, ‘Ħudulu l-mina u agħtuha lil dak li għandu l-għaxar miniet.’+ 25 Imma qalulu, ‘Sidi, għandu għaxar miniet!’— 26 ‘Ngħidilkom, Kulmin għandu, jingħatalu iktar; imma min m’għandux, jittiħidlu saħansitra dak li għandu.+ 27 Iktar minn hekk, lil dawn l-għedewwa tiegħi li ma ridunix insir sultan fuqhom ġibuhom hawnhekk u oqtluhom bla ħniena quddiemi.’”+
28 U wara li qal dan, qabad it-triq u beda tielaʼ lejn Ġerusalemm.+ 29 U meta qorob lejn Betfaġe u Betanja ħdejn il-muntanja msejħa l-Muntanja taż-Żebbuġ,+ bagħat tnejn mid-dixxipli+ 30 u qalilhom: “Morru fir-raħal li qed taraw quddiemkom, u wara li tidħlu fih issibu felu marbut, li ebda bniedem għadu ma qagħad bil-qiegħda fuqu. Ħolluh u ġibuh.+ 31 Imma jekk xi ħadd jistaqsikom, ‘Għala qed tħolluh?’ għandkom tgħidulu, ‘Il-Mulej għandu bżonnu.’”+ 32 Għalhekk, dawk li ntbagħtu marru u sabu kollox bħalma qalilhom.+ 33 Imma huma u jħollu l-felu, is-sidien tiegħu qalulhom: “Għala qed tħollu l-felu?”+ 34 Qalulhom: “Il-Mulej għandu bżonnu.”+ 35 U ħaduh għand Ġesù, tefgħu l-imnatar tagħhom fuq il-felu, u rikkbu lil Ġesù fuqu.+
36 Hu u għaddej+ bdew jifirxu l-imnatar tagħhom fit-triq.+ 37 Malli wasal ħdejn in-niżla tal-Muntanja taż-Żebbuġ, il-kotra kollha tad-dixxipli bdew jifirħu u jfaħħru lil Alla b’leħen għoli għall-għemejjel setgħanin kollha li kienu raw,+ 38 u jgħidu: “Imbierek Dak li ġej bħala s-Sultan f’isem+ Ġeħova! Paċi fis-sema, u glorja fl-ogħla postijiet!”+ 39 Madankollu, xi wħud mill-Fariżej fil-folla qalulu: “Għalliem, ċanfar lid-dixxipli tiegħek.”+ 40 Imma wieġeb u qalilhom: “Ngħidilkom, Kieku dawn baqgħu siekta, kien jgħajjat il-ġebel.”+
41 U meta wasal qrib, ħares lejn il-belt u beda jibkiha+ 42 u jgħid: “Kieku int, iva int, għaraft+ f’dan il-jum dak li jwassal għall-paċi—imma issa nħeba minn għajnejk.+ 43 Għax jiġu fuqek il-jiem meta l-għedewwa tiegħek jibnu madwarek ħajt+ bi zkuk ippontati+ u jdawruk+ u jnikktuk+ minn kull naħa, 44 u jsabbtu maʼ l-art+ lilek u lil uliedek li hemm fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra,+ għax m’għaraftx iż-żmien li fih ġejt spezzjonata.”+
45 U daħal fit-tempju u beda jkeċċi ’l barra lil dawk li kienu qed ibigħu+ 46 u qalilhom: “Hu miktub, ‘U dari tkun dar tat-talb,’+ imma intom għamiltuha għar tal-ħallelin.”+
47 Barra minn hekk, kien imur kuljum jgħallem fit-tempju. Imma l-qassisin ewlenin u l-iskribi u l-kbarat tal-poplu kienu qed jipprovaw jeqirduh;+ 48 madankollu, ma sabux mezz kif jagħmlu dan, għax in-nies kollha baqgħu mqabbdin miegħu biex jisimgħuh.+