Salmi
Lid-direttur. Taʼ David. Melodija, għanja.
2 Bħalma jittajjar id-duħħan, hekk tajjarhom;+
Bħalma x-xamaʼ ddub minħabba n-nar,+
Hekk ħa jgħibu l-ħżiena minn quddiem Alla.+
4 Kantaw lil Alla, għannu lil ismu;+
Kantaw lil Dak li għaddej riekeb minn ġol-pjanuri tad-deżert+
Bħala Jah,* li hu ismu;+ u għajtu bil-ferħ quddiemu.
5 Missier għat-tifel bla missier u mħallef għall-armla+
Hu Alla fil-post qaddis fejn jgħammar.+
6 Lil dawk mitluqin għalihom waħedhom, Alla tahom dar fejn jgħammru;+
Qed joħroġ lill-priġunieri u jgħinhom jirnexxu.+
Madankollu, dawk taʼ rashom iebsa jkollhom jgħammru f’art niexfa.+
7 O Alla, meta mexxejt lill-poplu tiegħek,+
Meta mxejt fid-deżert+—Sela—
Is-sema wkoll qattar minħabba Alla;+
12 Anki s-slaten taʼ l-armati jaħarbu, iva, jaħarbu.+
U dik li toqgħod id-dar tieħu sehem mill-priża.+
13 Għalkemm kellkom timteddu bejn il-gzuz taʼ l-irmied,
Se jkollkom il-ġwienaħ taʼ ħamiema miksijin bil-fidda
U rixha miksi b’deheb aħdar safrani.+
14 Meta Dak li Jistaʼ Kollox xerred lis-slaten barra l-pajjiż,+
Bdiet nieżla l-borra fiż-Żalmon.+
15 Ir-reġjun muntanjuż tal-Basan+ hu l-muntanja t’Alla;+
Ir-reġjun muntanjuż tal-Basan hu muntanja b’ħafna qċaċet.+
16 O muntanji b’ħafna qċaċet, għala tibqgħu tħarsu b’għira
Lejn il-muntanja li Alla xtaq jgħammar fiha?+
Iva, Ġeħova nnifsu se jgħammar hemm għal dejjem.+
17 Il-karrijiet tal-gwerra t’Alla huma bl-għaxriet t’eluf, eluf fuq eluf.+
Ġeħova ġie mis-Sinaj fil-post qaddis.+
Ħadt miegħek lill-imjassrin;+
Ħadt irġiel bħala għotjiet,+
Iva, anki lil dawk taʼ rashom iebsa,+ biex tgħammar fosthom,+ O Alla Jah.
19 Ikun imbierek Ġeħova, li kuljum iġorr it-tagħbija għalina,+
L-Alla l-veru tas-salvazzjoni tagħna.+ Sela.
21 Iva, Alla se jfarrak ras l-għedewwa tiegħu,+
Il-qorriegħa bix-xagħar taʼ kulmin qed jimxi fi ħtijietu.+
22 Ġeħova qal: “Mill-Basan se nġibhom lura,+
Se nġibhom lura minn qiegħ il-baħar,+
23 Sabiex taħsel saqajk fid-demm,+
Biex ilsien il-klieb tiegħek jieħu sehmu mill-għedewwa.”+
24 Huma raw il-parata tiegħek, O Alla,+
Il-parati taʼ l-Alla tiegħi, is-Sultan tiegħi, għal ġol-post qaddis.+
25 L-għannejja mxew fuq quddiem, u warajhom id-daqqaqa taʼ l-istrumenti tal-korda;+
Bejniethom kien hemm it-tfajliet idoqqu t-tanburlini.+
27 Hemm iċ-ċkejken Benjamin li qed irażżanhom,+
Il-prinċpijiet taʼ Ġuda bil-folla tgħajjat tagħhom,
Il-prinċpijiet taʼ Żebulun, il-prinċpijiet taʼ Naftali.+
30 Ċanfar lill-bhima salvaġġa li tgħix qalb il-qasab,+ il-merħla tal-barrin,+
Flimkien maʼ l-għoġiela tal-popli, li kull wieħed minnhom jgħaffeġ fuq il-biċċiet tal-fidda.+
Hu xerred lill-popli li jitgħaxxqu bil-ġlied.+
32 O intom saltniet taʼ l-art, kantaw lil Alla,+
Għannu lil Ġeħova—Sela—
33 Lil Dak li riekeb fuq is-sema tas-smewwiet tal-qedem.+
Ara! Hu jsemmaʼ leħnu, leħen qawwi.+