Salmi
Taʼ David.
27 Ġeħova hu d-dawl tiegħi+ u s-salvazzjoni tiegħi.+
Minn min se nibżaʼ?+
Ġeħova hu l-fortizza taʼ ħajti.+
Minn min se nitkexkex?+
2 Meta dawk li jagħmlu l-ħażen resqu kontrija biex jikluli laħmi,+
Billi kienu l-avversarji u l-għedewwa tiegħi,+
Huma tfixklu u waqgħu.+
3 Għalkemm armata tistaʼ tikkampja kontrija,+
Qalbi ma tibżax.+
Anki jekk tqum gwerra kontrija,+
Xorta se nafda fih.+
4 Ħaġa waħda tlabt mingħand Ġeħova+—
Lilha se nfittex,+
Li ngħammar fid-dar taʼ Ġeħova l-jiem kollha taʼ ħajti,+
Biex nara s-sbuħija taʼ Ġeħova+
U biex inħares b’apprezzament lejn it-tempju tiegħu.+
5 Għax hu se jaħbini fil-moħba tiegħu f’jum il-gwaj;+
Se jostorni fil-post sigriet tat-tinda tiegħu;+
Fl-għoli fuq blata se jqegħedni.+
6 U issa rasi se tintrefaʼ fuq l-għedewwa kollha tiegħi li hemm madwari;+
U fit-tinda tiegħu se nissagrifika sagrifiċċji t’għajat mimli ferħ;+
Se nkanta u ngħanni lil Ġeħova.+
Fir-rabja twarrabx lill-qaddej tiegħek.+
Kun l-għajnuna tiegħi.+
Tabbandunanix u titlaqnix, O Alla tas-salvazzjoni tiegħi.+
12 Titlaqnix għax-xewqa taʼ l-avversarji tiegħi;+
Għax qamu kontrija xhieda foloz,+
U min ifajjar kliem vjolenti.+
13 Kieku ma kellix fidi li nara t-tjubija taʼ Ġeħova fl-art tal-ħajjin+—!