Galatin
2 Imbagħad wara erbatax-il sena rġajt tlajt Ġerusalemm+ maʼ Barnaba,+ u miegħi ħadt ukoll lil Titu. 2 Imma tlajt għax kelli rivelazzjoni.+ U qegħedt quddiemhom+ l-aħbar tajba li qed nippriedka fost il-ġnus, madankollu, quddiem dawk biss li kienu rġiel li jispikkaw, għax bżajt li b’xi mod kont qed niġri+ jew kont ġrejt għalxejn.+ 3 Minkejja dan, lanqas saħansitra lil Titu,+ li kien miegħi, ma ġegħluh jagħmel iċ-ċirkonċiżjoni,+ għalkemm kien Grieg. 4 Imma minħabba l-aħwa foloz+ li ddaħħlu baxx baxx+ u ndehsu biex jitkixxfu fuq il-libertà tagħna+ li għandna f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, sabiex ijassruna+ għalkollox— 5 lil dawn ma ċedejnilhomx u ma qgħadniex sottomessi lejhom,+ le, lanqas għal mument wieħed, sabiex il-verità+ taʼ l-aħbar tajba tibqaʼ għandkom.
6 Imma min-naħa taʼ dawk li kienu jidhru li huma xi ħaġa+—kienu x’kienu qabel ma jagħmilx differenza għalija+—Alla ma jħarisx lejn kif bniedem jidher minn barra+—lili, fil-fatt, dawk l-irġiel li jispikkaw ma qaluli xejn ġdid. 7 Imma, għall-kuntrarju, meta raw li ġiet fdata+ lili l-aħbar tajba għal dawk mhux ċirkonċiżi,+ bħalma ġiet fdata lil Pietru għal dawk ċirkonċiżi+— 8 għax Dak li ta lil Pietru l-qawwa meħtieġa biex ikun appostlu tan-nies ċirkonċiżi, ta wkoll il-qawwa lili+ għan-nies tal-ġnus; 9 iva, meta saru jafu bil-qalb tajba mhix mistħoqqa+ li ntwerejt,+ Ġakbu+ u Kefa u Ġwanni, li kienu jidhru li huma kolonni,+ taw lili u lil Barnaba+ l-id il-leminija b’sinjal taʼ sħubija bejnietna,+ sabiex aħna mmorru għand il-ġnus, u huma għand iċ-ċirkonċiżi. 10 Biss kellna nżommu l-foqra f’moħħna,+ ħaġa li wkoll ipprovajt nagħmel bil-ħeġġa kollha.+
11 Madankollu, meta Kefa+ ġie Antjokja,+ waqaftlu f’wiċċu, għax kellu tort.+ 12 Għax qabel ma waslu ċerti rġiel mingħand Ġakbu,+ kien jiekol+ man-nies tal-ġnus; imma meta waslu, qagħad lura u nfired minn magħhom, għax beżaʼ+ minn dawk taċ-ċirkonċiżjoni.+ 13 Il-Lhud l-oħrajn ukoll issieħbu miegħu f’din it-turija taʼ wiċċ b’ieħor,+ tant li saħansitra Barnaba+ għamel bħalhom u beda juri wiċċ b’ieħor. 14 Imma meta rajt li ma kinux mexjin dritt skond il-verità taʼ l-aħbar tajba,+ għedt lil Kefa quddiemhom ilkoll:+ “Jekk int, għalkemm Lhudi, tgħix bħalma jgħixu l-ġnus, u mhux bħal-Lhud, kif qed iġġiegħel lin-nies tal-ġnus jgħixu skond id-drawwa tal-Lhud?”+
15 Aħna, bħala Lhud min-natura+ u mhux midinbin+ mill-ġnus, 16 peress li nafu li bniedem ma jiġix dikjarat ġust+ bl-għemejjel tal-liġi, imma biss bil-fidi+ fi Kristu Ġesù, anki aħna poġġejna l-fidi tagħna fi Kristu Ġesù, biex niġu dikjarati ġusti bis-saħħa tal-fidi fi Kristu,+ u mhux bis-saħħa taʼ l-għemejjel tal-liġi, għax bl-għemejjel tal-liġi ebda bniedem ma jiġi dikjarat ġust.+ 17 Issa jekk aħna stess, meta fittixna li niġu dikjarati ġusti permezz taʼ Kristu,+ ġejna wkoll misjubin midinbin,+ hu Kristu fir-realtà l-ministru tad-dnub?+ Jalla qatt ma jkun dan! 18 Għax jekk nerġaʼ nibni dak li nkun ġarraft,+ nuri li jien midneb.+ 19 Ngħid għalija, permezz tal-liġi mitt għal-liġi+ biex nieħu l-ħajja għal Alla.+ 20 Jien imsammar maʼ zokk flimkien maʼ Kristu.+ M’huwiex iktar jien li ngħix,+ imma Kristu li qed jgħix f’unjoni miegħi.+ Tabilħaqq, il-ħajja li qed ngħix+ issa fil-laħam ngħixha bil-fidi fl-Iben t’Alla, li ħabbni u ta lilu nnifsu għalija.+ 21 Jien ma nwarrabx il-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla;+ għax jekk il-ġustizzja tiġi permezz tal-liġi,+ mela Kristu miet għalxejn.+