Melodija taʼ David, bħala tfakkira.
38 O Ġeħova, twiddibnix f’għadbek,+
U tikkoreġinix fil-korla tiegħek.+
2 Għax il-vleġeġ tiegħek daħlu fil-fond ġewwa fija,+
U idek qed tagħfas fuqi.+
3 M’hemmx parti waħda f’saħħitha f’ġismi minħabba l-kundanna tiegħek.+
M’hemmx paċi f’għadmi minħabba d-dnub tiegħi.+
4 Għax l-iżbalji tiegħi għolew ’il fuq minn rasi;+
Bħal tagħbija tqila huma tqal wisq għalija.+
5 Il-feriti tiegħi nitnu, iddennew,
Minħabba l-bluha tiegħi.+
6 Inħossni konfuż, in-niket tiegħi ġegħelni nitbaxxa sa l-art;+
Il-jum kollu nippassiġġa mdejjaq.+
7 Għax għandi ħafna ħruq fuq ġenbejja,
U m’hemmx parti waħda f’saħħitha f’ġismi.+
8 Inħoss ġismi mtarrax u mfarrak għall-aħħar;
Għajjatt minħabba l-krib taʼ qalbi.+
9 O Ġeħova, ix-xewqa kollha tiegħi qiegħda quddiemek,
U t-tnehid tiegħi m’huwiex moħbi minnek.+
10 Qalbi ħabbtet ħafna, il-qawwa tiegħi telqitni,
U anki d-dawl t’għajnejja naqasni.+
11 Sħabi u dawk li kienu jħobbuni jitbiegħdu mill-feriti tiegħi,+
U dawk li jafuni sew joqogħdu ’l bogħod minni.+
12 Imma dawk li qed jipprovaw jiħduli ħajti jifirxuli n-nases,+
U dawk li qed jipprovaw jagħmluli d-deni tkellmu kontrija;+
Il-jum kollu jlissnu l-qerq minn taħt l-ilsien.+
13 Bħal xi ħadd trux, jien ma smajtx;+
U bħal xi ħadd imbikkem, jien ma ftaħtx ħalqi.+
14 Sirt bħal raġel li ma kienx qed jismaʼ,
U fommi ma kellux tweġiba għall-argumenti tagħhom.
15 Għax lilek, O Ġeħova, stennejt;+
Int wiġibt, O Ġeħova Alla tiegħi.+
16 Għax jien għedt: “Inkella huma jifirħu minħabba fija;+
Meta sieqi ma timxix fis-sod,+ huma jitkabbru ħafna kontrija.”+
17 Għax kont għoddni bdejt inzappap,+
U l-uġigħ tiegħi kien quddiemi l-ħin kollu.+
18 Għax tkellimt dwar l-iżball tiegħi;+
Bdejt inħossni ansjuż minħabba dnubi.+
19 U l-għedewwa tiegħi saru b’saħħithom u setgħanin,+
U kotru dawk li jobogħduni għalxejn.+
20 U għat-tajjeb iħallsuni bil-ħażin;+
Baqgħu jopponuni talli ġrejt wara dak li hu tajjeb.+
21 Titlaqnix, O Ġeħova.
O Alla tiegħi, iżżommx ’il bogħod minni.+
22 Fittex għinni,+
O Ġeħova, int is-salvazzjoni tiegħi.+