Ġeremija
24 U wara li Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, eżilja lil Ġekonija*+ bin Ġeħojakim,+ is-sultan taʼ Ġuda, u lill-prinċpijiet taʼ Ġuda u lin-nies tas-sengħa+ u lill-bennejja tas-swar, u minn Ġerusalemm ħadhom lejn Babilonja,+ Ġeħova wrieni żewġt iqfief tin li tqiegħdu quddiem it-tempju taʼ Ġeħova. 2 F’qoffa minnhom, it-tin kien tajjeb ħafna, bħal tin bikri;+ fil-qoffa l-oħra, it-tin kien ħażin ħafna, tant li ma setax jittiekel daqskemm kien ħażin.
3 U Ġeħova qalli: “X’qed tara, Ġeremija?” U għedtlu: “Tin, it-tin it-tajjeb hu tajjeb ħafna, u t-tin il-ħażin tant hu ħażin li ma jistax jittiekel daqskemm hu ħażin.”+
4 Imbagħad il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 5 “Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, ‘Bħal dan it-tin tajjeb, hekk se nħares lejn l-eżiljati taʼ Ġuda li nkun bgħatt minn dan il-pajjiż lejn l-art tal-Kaldin,+ se nħares lejhom b’mod tajjeb.+ 6 U nitfaʼ għajnejja fuqhom għall-ġid,+ u rreġġagħhom lura lejn dan il-pajjiż.+ U nibnihom, u ma nġarrafhomx; inħawwilhom, u ma nqaċċathomx mill-għeruq.+ 7 U nagħtihom qalb li biha jkunu jafuni,+ li jien Ġeħova; u jsiru l-poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħhom, għax huma jerġgħu lura għandi b’qalbhom kollha.+
8 “‘U bħat-tin il-ħażin li ma jistax jittiekel daqskemm hu ħażin,’+ qal Ġeħova, ‘hekk se nagħmlilhom lil Sedekija,+ is-sultan taʼ Ġuda, u lill-prinċpijiet tiegħu u l-fdal taʼ Ġerusalemm li jibqgħu f’dan il-pajjiż+ u dawk li qed jgħammru fl-art taʼ l-Eġittu+— 9 se nagħmilhom xi ħaġa tal-waħx, taʼ ħsara, fis-saltniet kollha taʼ l-art,+ u jiġu mżebilħin, mgħajrin,+ misħutin,+ u jkunu bħal qawl fil-postijiet kollha fejn se nxerridhom.+ 10 U nibgħat kontrihom is-sejf,+ il-ġuħ+ u l-pesta,+ sakemm jintemmu mill-art li tajt lilhom u lil missirijiethom.’”+