2 Kronaki
27 Ħamsa u għoxrin sena kellu Ġotam+ meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġerusah,+ bint Sadok. 2 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova,+ skond kulma kien għamel missieru Użżija.+ Biss ma qabadx u daħal fit-tempju taʼ Ġeħova.+ Madankollu, in-nies kienu għadhom qed jaġixxu b’mod mill-agħar.+ 3 Hu stess bena l-bieb taʼ fuq+ tad-dar taʼ Ġeħova, u fuq il-ħajt t’Għofel+ għamel ħafna xogħol taʼ bini. 4 U bena bliet+ fir-reġjun muntanjuż taʼ Ġuda,+ u fil-boskijiet+ bena postijiet fortifikati+ u torrijiet.+ 5 U ggwerra kontra s-sultan taʼ wlied Għammon+ u wara ftit irnexxielu jegħlibhom, u b’hekk dik is-sena wlied Għammon tawh mitt talent fidda u għaxart elef kor+ qamħ+ u għaxart elef kor xgħir.+ Dan kien il-ħlas li tawh ulied Għammon, fit-tieni u fit-tielet sena wkoll.+ 6 Għalhekk, Ġotam baqaʼ jissaħħaħ, għaliex kien iħejji triqatu quddiem Ġeħova Alla tiegħu.+
7 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġotam+ u l-gwerer u kulma għamel, ara, huma miktubin fil-Ktieb+ tas-Slaten taʼ Israel u taʼ Ġuda. 8 Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm.+ 9 Fl-aħħar, Ġotam imtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh fil-Belt taʼ David.+ U ibnu Aħaż+ beda jsaltan minfloku.