Ekkleżjasti
5 Qis il-passi tiegħek+ kulmeta tmur fid-dar taʼ l-Alla l-veru; u ħa tersaq biex tismaʼ+ minflok ma toffri sagrifiċċju bħalma jagħmlu l-istupidi,+ għax huma ma jindunawx li qed jagħmlu l-ħażen.+
2 Tkunx ħafif biex tiftaħ fommok; u tħallix lil qalbek+ tgħaġġel biex titkellem quddiem l-Alla l-veru.+ Għax l-Alla l-veru jinsab fis-smewwiet+ imma int qiegħed fuq l-art. Għalhekk, kliemek għandu jkun ftit.+ 3 Għax ħafna ħsibijiet iġibu l-ħolm,+ u ħafna kliem iġib diskors stupidu.+ 4 Kulmeta twiegħed wegħda lil Alla, taħsibhiex darbtejn biex troddha,+ għax ma fihomx għaxqa l-istupidi.+ Dak li twiegħed, roddu.+ 5 Aħjar ma twiegħed+ xejn milli twiegħed u ma troddx.+ 6 Tħallix lil ġismek jidneb minħabba fommok,+ u lanqas tgħid quddiem l-anġlu+ li kien żball.+ Għala għandu l-Alla l-veru jagħdab minħabba kliemek u jkollu jħassar xogħol idejk?+ 7 Għax minħabba ħafna attività jkun hemm il-ħolm+ kif ukoll il-frugħat u kliem bil-kotra. Imma ibżaʼ mill-Alla l-veru.+
8 Jekk f’xi provinċja tara lil dak taʼ ftit mezzi jinħaqar u l-ġustizzja u s-sewwa jitneħħew għalkollox,+ tiskanta xejn b’dan,+ għax wieħed ogħla qed jara lil wieħed għoli,+ u fuq uħud għoljin hemm oħrajn ogħla minnhom.
9 Barra minn hekk, frott l-art hu għalihom ilkoll;+ anki sultan jiġi moqdi meta tinħadem l-għalqa.+
10 Min iħobb il-fidda ma jixbax bil-fidda, u lanqas min iħobb l-għana ma jixbaʼ bid-dħul.+ Dan ukoll frugħa.+
11 Meta l-affarijiet tajbin joktru, joktru wkoll dawk li jikluhom.+ U x’vantaġġ hemm għal sidhom, ħlief li jarahom b’għajnejh?+
12 Il-qaddej jiġih ħelu l-irqad,+ sew jekk jiekol ftit u sew jekk jiekol ħafna; imma l-abbundanza taʼ l-għani mhix qed tħallih jorqod.
13 Rajt gwaj serju taħt ix-xemx: rikkezzi maħżunin minn sidhom bi ħsara kbira għalih.+ 14 U dawn ir-rikkezzi għabu+ minħabba xi attività li ġġib l-għali, u meta ma kellu xejn f’idu wiled iben.+
15 Bħalma ħareġ minn żaqq ommu, hekk wieħed se jerġaʼ jitlaq,+ għarwien bħalma ġie; u xejn ma jistaʼ jieħu miegħu+ għax-xogħol iebes tiegħu, xejn li jistaʼ jġorr f’idu.
16 U dan ukoll hu gwaj serju: preċiż bħalma ġie, hekk wieħed se jmur; u xi qligħ għandu dak li jibqaʼ jaħdem iebes għar-riħ?+ 17 U tul jiemu kollha jiekol fid-dlam, bi dwejjaq kbar,+ bil-mard u l-għadab.
18 Ara! L-isbaħ ħaġa li rajt hi li wieħed għandu jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin għax-xogħol iebes kollu tiegħu+ li fih jitħabat taħt ix-xemx il-jiem kollha taʼ ħajtu li tah l-Alla l-veru, għax dak hu sehmu. 19 Iktar minn hekk, kull bniedem li ngħata rikkezzi u affarijiet materjali mill-Alla l-veru,+ ngħata wkoll is-setgħa li jiekol minnhom+ u jieħu sehmu u jifraħ bix-xogħol iebes tiegħu.+ Din hi l-għotja t’Alla.+ 20 Hu rari joqgħod jiftakar fil-problemi* tal-ħajja qasira tiegħu, għax l-Alla l-veru jżommu okkupat bil-ferħ taʼ qalbu.+