Taʼ wlied Koraħ. Melodija, għanja.
87 Il-pedament tiegħu qiegħed fil-muntanji qaddisin.+
2 Ġeħova jħobb il-bibien taʼ Sijon+ iktar
Mill-postijiet mgħammrin kollha taʼ Ġakobb.+
3 Qed jingħadu affarijiet glorjużi dwarek, O belt taʼ l-Alla l-veru.+ Sela.
4 Jien se nsemmi lil Raħab+ u lil Babilonja+ bħala wħud li jafuni;
Dwar il-Filistja+ u Tir, kif ukoll Kus ngħid:
“Dan hu wieħed li twieled hemmhekk.”+
5 U għal Sijon jingħad:
“Ilkoll kemm huma twieldu fiha.”+
U l-Iktar Għoli+ nnifsu se jistabbiliha fis-sod.+
6 Meta jirreġistra lill-popli, Ġeħova se jiddikjara:+
“Dan hu wieħed li twieled hemmhekk.”+ Sela.
7 Se jkun hemm ukoll għannejja u żeffiena+ u jingħad:
“L-għejun kollha tiegħi huma fik.”+