1 Samwel
31 Issa l-Filistin kienu qed jiġġieldu kontra Israel,+ u l-irġiel taʼ Israel ħarbu minn quddiem il-Filistin u waqgħu mejtin+ fuq il-Muntanja Gilbogħa.+ 2 U l-Filistin żammew qrib Sawl u wliedu; u l-Filistin sa fl-aħħar qatlu lil Ġonatan+ u lil Abinadab+ u lil Malki-sugħa,+ ulied Sawl. 3 U l-ġlied ħrax kontra Sawl, u dawk li jisparaw il-qaws, l-arċieri, fl-aħħar sabuh, u hu safa ferut sew minn dawk li jisparaw il-qaws.+ 4 Imbagħad Sawl qal lil dak li kien iġorrlu l-armi: “Islet sejfek+ u infidni bih, biex ma jiġux dawn l-irġiel mhux ċirkonċiżi+ u jinfduni u jittrattawni bil-kefrija.” U dak li kien iġorrlu l-armi ma riedx,+ għaliex beżaʼ ħafna. Għalhekk, Sawl qabad is-sejf u nxteħet fuqu.+ 5 Meta dak li kien iġorrlu l-armi ra li Sawl kien miet,+ imbagħad hu wkoll inxteħet fuq is-sejf tiegħu stess u miet miegħu.+ 6 B’hekk, Sawl u t-tliet uliedu u dak li kien iġorrlu l-armi, saħansitra l-irġiel kollha tiegħu, mietu flimkien dakinhar.+ 7 Meta l-irġiel taʼ Israel li kienu fir-reġjun tal-pjanura l-baxxa u li kienu fir-reġjun tal-Ġordan raw li l-gwerriera taʼ Israel kienu ħarbu, u li Sawl u wliedu kienu mietu, imbagħad huma bdew jitilqu mill-bliet u jaħarbu,+ u l-Filistin daħlu u bdew jgħammru fihom.+
8 U ġara li l-għada, meta l-Filistin ġew ineżżgħu l-maqtulin,+ sabu lil Sawl u lit-tliet uliedu mixħutin fuq il-Muntanja Gilbogħa.+ 9 U qatgħulu rasu+ u neżżgħulu l-armatura tiegħu u bagħtu messaġġ fl-art tal-Filistin dawramejt biex jgħarrfu+ lid-djar taʼ l-idoli tagħhom+ u lin-nies. 10 Fl-aħħar poġġew l-armatura tiegħu+ fid-dar tax-xbihat t’Għastoret,+ u l-katavru tiegħu dendluh mas-sur taʼ Bet-san.+ 11 U l-abitanti taʼ Ġabes-gilegħad+ semgħu b’dak li l-Filistin kienu għamlu lil Sawl. 12 Minnufih l-irġiel qalbenin kollha qamu u mxew il-lejl kollu u qalgħu l-katavru taʼ Sawl u l-katavri taʼ wliedu minn mas-sur taʼ Bet-san u marru Ġabes u ħarquhom hemmhekk.+ 13 Imbagħad ħadu l-għadam tagħhom+ u difnuh+ taħt is-siġra tat-tamarisk+ f’Ġabes, u samu għal sebat ijiem.+