Lid-direttur. Fuq l-istrumenti tal-korda. Maskil. Taʼ David. Meta ż-Żifin daħlu u qalu lil Sawl: “Ma tafx li David qed jinħeba fostna?”+
54 O Alla, b’ismek salvani,+
U bis-setgħa tiegħek idħol għalija.+
2 O Alla, ismaʼ t-talba tiegħi;+
Agħti widen lil kliem fommi.+
3 Għax hemm xi stranġieri li qamu kontrija,
U nies tiranni li qed jipprovaw jiħduli ħajti.+
Ma qegħdux lil Alla quddiemhom.+ Sela.
4 Ara! Alla hu dak li jgħinni;+
Ġeħova hu maʼ dawk li qed jappoġġawni.
5 Hu se jrodd il-ħażin lill-għedewwa tiegħi.+
Sikkithom bil-verità tiegħek.+
6 Minn qalbi se nagħmillek sagrifiċċji.+
Se nfaħħar lil ismek, O Ġeħova, għax dan hu tajjeb.+
7 Għax ħelisni minn kull niket,+
U għajnejja ħarsu rebbiħin lejn l-għedewwa tiegħi.+