Għad-direttur. Taʼ wlied Koraħ. Melodija.
85 Int ħadt gost, O Ġeħova, bl-art tiegħek;+
Ġibt lura lil ulied Ġakobb li ttieħdu fil-jasar.+
2 Ħfirt l-iżball tal-poplu tiegħek;+
Għattejt id-dnub kollu tagħhom.+ Sela.
3 Int ikkontrollajt il-qilla kollha tiegħek;+
Erġajt lura mis-saħna tar-rabja tiegħek.+
4 Iġborna lura, O Alla tas-salvazzjoni tagħna,+
U tibqax irrabjat għalina.+
5 Se tibqaʼ mgħaddab magħna għal dejjem?+
Se tibqaʼ r-rabja tiegħek minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni?+
6 M’intix se terġaʼ tagħtina l-ħajja,+
Sabiex il-poplu tiegħek ikun jistaʼ jifraħ minħabba fik?+
7 Urina, O Ġeħova, il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek,+
U agħtina s-salvazzjoni tiegħek.+
8 Jien se nismaʼ dak li se jgħid l-Alla l-veru Ġeħova,+
Għax hu se jitkellem dwar il-paċi man-nies tiegħu+ u maʼ dawk leali lejh,
Imma ħa ma jerġgħux jibdew jafdaw fihom infushom.+
9 Żgur li s-salvazzjoni tiegħu hi fil-qrib għal dawk li jibżgħu minnu,+
Biex il-glorja tgħammar f’artna.+
10 Il-qalb tajba bl-imħabba u l-verità, dawn iltaqgħu flimkien;+
Is-sewwa u l-paċi—biesu lil xulxin.+
11 Il-verità se tinbet mill-art,+
U s-sewwa se jħares ’l isfel mis-smewwiet.+
12 Ukoll, Ġeħova, min-naħa tiegħu, se jagħti dak li hu tajjeb,+
U artna se trodd l-uċuħ tagħha.+
13 Il-ġustizzja se timxi quddiemu,+
U tagħmel triq wara l-passi tiegħu.+