Salmi
Melodija t’Asaf.
79 O Alla, il-ġnus daħlu f’wirtek;+
Niġġsu t-tempju qaddis tiegħek;+
Għamlu lil Ġerusalemm ħerba sħiħa.+
2 L-iġsma mejtin tal-qaddejja tiegħek tawhom bħala ikel lit-tjur tas-smewwiet,+
Il-laħam tal-leali tiegħek lill-bhejjem salvaġġi taʼ l-art.+
4 Sirna oġġett taʼ żebliħ għall-ġirien tagħna,+
Taċ-ċajt u tad-daħq sirna għal dawk taʼ madwarna.+
8 Iżżommx kontrina l-iżbalji taʼ l-antenati tagħna.+
Għaġġel! Urina l-ħniniet tiegħek,+
Għax infnejna għall-aħħar.+
9 Għinna, O Alla tas-salvazzjoni tagħna,+
Minħabba l-glorja taʼ ismek;+
U eħlisna u għatti dnubietna minħabba ismek.+
10 Għala għandhom il-ġnus jgħidu: “Fejn hu Alla tagħhom?”+
Ħa jkunu jafu l-ġnus, quddiem għajnejna,+
Li int titħallas tad-demm li xxerred tal-qaddejja tiegħek.+
11 Ħa jasal quddiemek it-tnehid tal-priġunieri.+
Bil-kobor taʼ driegħek żomm ħajjin lil dawk li qatgħuhielhom għall-mewt.+