Lhud
8 Issa dwar dak li qed jiġi diskuss, dan hu l-punt prinċipali: Għandna qassis il-kbir+ bħal dan li qagħad bil-qiegħda fuq il-lemin tat-tron tal-Maestà fis-smewwiet,+ 2 qaddej pubbliku tal-post qaddis+ u tat-tinda vera, li bena Ġeħova,+ u mhux il-bniedem.+ 3 Għax kull qassis il-kbir jinħatar biex joffri għotjiet u sagrifiċċji;+ għaldaqstant kien meħtieġ li dan ukoll ikollu xi ħaġa x’joffri.+ 4 Issa, kieku kien fuq l-art, ma kienx ikun qassis,+ peress li hemm bnedmin li joffru l-għotjiet skond il-Liġi, 5 u li qed jagħtu servizz sagru b’rappreżentazzjoni tipika+ u b’dell+ taʼ l-affarijiet tas-sema; bħalma Mosè, meta kien wasal biex ilesti t-tinda,+ ngħata l-kmand divin:+ Għax jgħid: “Qis li tagħmel kollox skond il-mudell tiegħu li ntwerejt fuq il-muntanja.”+ 6 Imma issa Ġesù kiseb servizz pubbliku iktar eċċellenti, u b’hekk sar ukoll il-medjatur+ taʼ patt li bl-istess mod hu aħjar+ u li ġie stabbilit legalment fuq wegħdi aħjar.+
7 Għax kieku dak l-ewwel patt kien bla nuqqas, ma kienx ikun hemm post għat-tieni;+ 8 għax hu tassew isib il-ħtija fil-poplu meta jgħid: “‘Ara! Għad jiġi żmien,’ jgħid Ġeħova, ‘meta nagħmel patt ġdid maʼ dar Israel u maʼ dar Ġuda;+ 9 mhux bħall-patt+ li għamilt maʼ missirijiethom dakinhar li qbadthom minn idhom biex noħroġhom mill-art taʼ l-Eġittu,+ għax huma ma baqgħux fil-patt tiegħi,+ u għalhekk ma bqajtx nieħu ħsiebhom,’ jgħid Ġeħova.”+
10 “‘Għax dan hu l-patt li nagħmel maʼ dar Israel wara dak iż-żmien,’ jgħid Ġeħova. ‘Inqiegħed il-liġijiet tiegħi f’moħħhom, u niktibhom fi qlubhom.+ U nsir Alla tagħhom,+ u huma jsiru l-poplu tiegħi.+
11 “‘U żgur ma jgħallmux wieħed lil ieħor, ċittadin lil sieħbu u ħu lil ħuh, billi jgħidu: “Kun af lil Ġeħova!”+ Għax kollha jkunu jafuni,+ mill-iżgħar wieħed sa l-akbar wieħed minnhom. 12 Għax inkun ħanin maʼ l-għemejjel inġusti tagħhom, u żgur ma niftakarx iktar+ dnubiethom.’”+
13 Meta qal “patt ġdid” hu warrab lil dak taʼ qabel.+ Issa dak li twarrab u għadda żmienu wasal biex jgħib.+