Salmi
א [Alef]
Hieni l-bniedem li jibżaʼ minn Ġeħova,+
ג [Gimel]
2 Setgħanin ikunu wliedu fl-art.+
ד [Dalet]
Il-ġenerazzjoni tar-retti tkun imbierka.+
ה [Ħe]
3 Affarijiet taʼ valur u rikkezzi jkollu f’daru;+
ו [Waw]
U l-ġustizzja tiegħu tibqaʼ għal dejjem.+
ז [Żajin]
4 Fid-dlam hu idda bħala dawl għar-retti;+
ח [Ħet]
Hu grazzjuż u ħanin u ġust.+
ט [Tet]
5 Tajjeb il-bniedem li hu grazzjuż+ u li jislef.+
י [Jod]
Hu jmexxi l-affarijiet tiegħu bil-ġustizzja.+
כ [Kaf]
6 Iva, f’ebda żmien ma jogħtor.+
ל [Lamed]
Il-ġust ikun miftakar għal dejjem.+
מ [Mem]
7 Ma jibżax, lanqas minn aħbar ħażina.+
ס [Samek]
8 Qalbu ma titħarrikx;+ ma jibżax,+
ע [Għajn]
U fl-aħħar iħares rebbieħ lejn l-avversarji tiegħu.+
פ [Pe]
9 Hu qassam bil-kotra; ta lill-foqra.+
צ [Sade]
Il-ġustizzja tiegħu tibqaʼ għal dejjem.+
ר [Rex]
10 Il-ħażin se jara u jitħawwad.+
ש [Xin]
Se jgħażżaż snienu u jdub fix-xejn.+
ת [Taw]
Ix-xewqa tal-ħżiena se tgħib.+