2 Kronaki
33 Tnax-il sena kellu Manasse+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħamsa u ħamsin sena f’Ġerusalemm.+
2 U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ skond l-affarijiet mistkerrhin+ tal-ġnus li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel.+ 3 Għalhekk, reġaʼ bena l-postijiet għall-qima*+ li kien ġarraf+ missieru Ħeżekija, u tellaʼ artali+ lill-Bagħalim+ u għamel arbli sagri,+ u beda jmil+ quddiem l-armata kollha tas-smewwiet+ u jaqdihom.+ 4 U bena artali+ fid-dar taʼ Ġeħova, li dwarha Ġeħova kien qal: “F’Ġerusalemm se jkun ismi għal żmien indefinit.”+ 5 U bena artali għall-armata kollha tas-smewwiet+ f’żewġ btieħi+ tad-dar taʼ Ġeħova.+ 6 U għadda lil uliedu stess min-nar+ fil-wied taʼ bin Ħinnom,+ u pprattika l-maġija+ u t-teħbir+ u s-seħer+ u ħatar medji taʼ l-ispirti+ u nies li xogħolhom kien li jbassru+ l-ġrajjiet. Għamel kemm felaħ dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biex joffendih.+
7 Barra minn hekk, ix-xbieha skolpita+ li kien għamel qegħedha fid-dar taʼ l-Alla l-veru,+ li dwarha Alla kien qal lil David u lil ibnu Salamun: “F’din id-dar u f’Ġerusalemm, li jien għażilt+ mit-tribujiet kollha taʼ Israel, se nqiegħed ismi+ għal żmien indefinit.+ 8 U m’iniex se nerġaʼ nneħħi sieq Israel minn fuq l-art li tajt+ lil missirijiethom,+ dment li joqogħdu attenti li jagħmlu kulma kkmandajthom+ dwar il-liġi+ kollha u r-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ permezz taʼ id Mosè.”+ 9 Imma Manasse+ baqaʼ jħajjar lil Ġuda+ u lill-abitanti taʼ Ġerusalemm biex jagħmlu agħar+ mill-ġnus li Ġeħova kien qered għalkollox minn quddiem ulied Israel.+
10 U Ġeħova baqaʼ jkellem lil Manasse u lill-poplu tiegħu, imma ma tawx kas.+ 11 Fl-aħħar, Ġeħova ġab kontrihom+ il-kapijiet taʼ l-armata tas-sultan taʼ l-Assirja,+ u għalhekk qabdu lil Manasse qalb il-ħofor+ tal-blat u rabtuh+ b’żewġ ktajjen tar-ram aħmar u ħaduh Babilonja. 12 U malli ħassu mnikket b’dan,+ ipprova jtaffi l-korla taʼ Ġeħova Alla tiegħu+ u baqaʼ jumilja+ ruħu ħafna minħabba l-Alla taʼ missirijietu. 13 U baqaʼ jitolbu, u b’hekk Hu ħallieh jitolbu bil-ħrara+ u Hu semaʼ s-supplika* tiegħu għall-ħniena u reġġgħu lura lejn Ġerusalemm, lejn saltnatu;+ u Manasse għaraf li Ġeħova hu l-Alla l-veru.+
14 U wara dan bena sur għall-Belt taʼ David+ fuq in-naħa taʼ barra,+ lejn il-punent taʼ Giħon+ fil-wied* u saħansitra sa Bieb il-Ħut,+ u dawru madwar Għofel+ u għamlu għoli ħafna. Barra minn hekk, qiegħed kapijiet tal-qawwa militari fil-bliet fortifikati kollha f’Ġuda.+ 15 U neħħa l-allat+ barranin u x-xbieha taʼ l-idolu+ mid-dar taʼ Ġeħova u l-artali+ kollha li kien bena fuq il-muntanja tad-dar taʼ Ġeħova u f’Ġerusalemm u mbagħad ġegħelhom jarmuhom ’il barra mill-belt. 16 Iktar minn hekk, ħejja l-artal taʼ Ġeħova+ u bħala sagrifiċċji beda joffri fuqu sagrifiċċji taʼ sħubija+ u sagrifiċċji taʼ radd il-ħajr,+ u qal lil Ġuda biex jaqdi lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel.+ 17 Minkejja dan, in-nies kienu għadhom qed joffru s-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima;+ biss kienu qed joffruhom lil Ġeħova Alla tagħhom.
18 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Manasse u t-talba tiegħu+ lil Alla tiegħu u l-kliem tal-viżjonarji+ li baqgħu jkellmuh f’isem Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, qegħdin hemmhekk fost il-ġrajjiet tas-slaten taʼ Israel.+ 19 U t-talba tiegħu+ u kif instemgħet it-talba bil-ħrara tiegħu+ u dnubietu+ kollha u n-nuqqas taʼ fedeltà tiegħu+ u fejn bena l-postijiet għall-qima+ u waqqaf l-arbli sagri+ u x-xbihat+ minquxin qabel m’umilja ruħu,+ huma miktubin hemmhekk fost il-kliem tal-viżjonarji tiegħu. 20 Fl-aħħar, Manasse mtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh+ f’daru; u ibnu Amon+ beda jsaltan minfloku.
21 Tnejn u għoxrin sena kellu Amon+ meta beda jsaltan, u dam isaltan sentejn f’Ġerusalemm.+ 22 U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ bħalma kien għamel missieru Manasse;+ u Amon offra s-sagrifiċċji+ lix-xbihat minquxin+ kollha li kien għamel missieru Manasse,+ u kompla jaqdihom.+ 23 U m’umiljax+ ruħu minħabba Ġeħova l-istess bħalma kien umilja ruħu missieru Manasse,+ għax Amon kompla jżid il-ħtija.+ 24 Fl-aħħar, il-qaddejja tiegħu kkonfoffaw+ kontrih u qatluh f’daru stess.+ 25 Imma n-nies tal-pajjiż qatlu+ lil dawk kollha li kienu kkonfoffaw+ kontra s-Sultan Amon,+ u mbagħad in-nies+ tal-pajjiż għamlu lil ibnu Ġosija+ sultan minfloku.